MFA – Page 3 – One News

Notifiki

Ivan Vella appuntat direttur tat-timijiet nazzjonali

L-Assoċjazzjoni tal-futbol Malti ħabbret li Ivan Vella ġie appuntat direttur tat-timijiet nazzjonali.

Vella kien manager sa ftit żmien ilu, u issa fl-irwol il-ġdid se jkun qed jieħu ħsieb l-aspett loġistiku u operattiv tas-selezzjonijiet nazzjonali f’kull livell.

Aqra aktar

L-MFA ser tikkompensa lil Saintfiet

Waqt il-laqgħa tal-kunsill tal-MFA li saret ilbieraħ, is-segretarju generali tal-MFA Dr. Angelo Chetcuti ħabbar li l-MFA waslet fi ftehim mal-ex kowc tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfiet dwar il-kumpens li ser jingħata l-kowċ Belġjan wara li l-kuntratt tiegħu ġie tterminat.

Minkejja li ma giex zvelat l-ammont, Chetcuti qal li wara żewġ laqgħat waslu fi ftehim ma’ Saintfiet u għalhekk min-naħa tiegħu mhu ser ikun qed jieħu ebda passi legali fil-konfront tal-MFA.

Aqra aktar

ARA: #UnitedForMalta – L-MFA u l-MRFU jingħaqdu flimkien biex jippromwovu t-timijiet nazzjonali

Żewġ assoċjazzjonijiet sportivi ingħaqdu flimkien biex jippromwovu l-attivitajiet tagħhom bl-għan li jkabbru s- sapport lejn it-timijiet nazzjonali.

#UnitedForMalta huwa t-titlu tal-promozzjoni konġunta bejn il-Malta Football Association u l-Malta Rugby Football Union, probabbli l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta fl-isport lokali, u li tnediet iktar kmieni din il-ġimgħa.

Andrè Schembri u Rowen Muscat, it-tnejn membri tat-tim nazzjonali tal-football, ingħaqdu ma’ żewġ players tat-tim nazzjonali tar-rugby, Julian Galea u Matthew Spiteri, għal photo-shoot fl-Istadium Nazzjonali.

Aqra aktar

It-tieni edizzjoni tal-Integrity Tour mill-MFA

It-tieni edizzjoni tal-Malta Football Association Integrity Tour tibda nhar it-Tnejn, 5 ta’ Marzu, 2018.

 Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni huma mmexxija minn Franz Tabone, l-Integrity Officer tal-MFA, li ser ikun qiegħed iżur it-53 klabb affiljat mal-MFA fix-xhur li ġejjin. L-ewwel MFA Integrity Tour sar fl-2014.

Dawn il-programmi edukattivi huma meħtieġa biex jgħinu u jattrezzaw lill-plejers u l-uffiċjali b’għarfien dwar kif toqgħod ‘il bogħod mill-perikli li jdawru l-futbol, qal Tabone.

Żied jgħid li huwa fl-interess tal-klabbs li jattendu għal dawn is-sessjonijiet u jsiru jafu aħjar x’inhuma d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom f’dan ix-xenarju.Aqra aktar

Send this to a friend