MFA – One News

L-MFA toffri akkomodazzjoni lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa

F’dan il-perjodu diffiċli l-assoċjazzzjoni tal-futbol Maltija hija kommessa li tgħin mhux biss lil dawk il-persuni li huma involuti fil-futbol imma l-komunità kollha Maltija. Dan billi qed toffri akkomodazzjoni alternattiva lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u li bħalissa qegħdin jagħmlu minn kollox biex iwaqqfu t-tixrid tal-Coronavirus. Aqra aktar

Il-Futbol lokali bil-bibien magħluqa

Il-Malta Football Association ħabbret li b’effett immedjat il-logħob kollu tal-football u futsal organizzat mill-Assoċjazzjoni fil-kategoriji kollha f’Malta u Għawdex se jkun qed jintlagħab bil-bibien magħluqa. Dan se jkun qed iseħħ bħala prekawzjoni kontra r-riskji tal-virus COVID-19. Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Xorta nistgħu ma nispiċċawx l-aħħar” – Iż-Żażu

Wara t-telfa tat-tim nazzjonali tal-futbol kontra l-Gżejjer Faroe li poġġiet lil Malta fl-aħħar post, il-kowċ tat-tim nazzjonali Raymond “Żażu” Farrugia jemmen li Malta xorta tista’ ma tispiċċax l-aħħar fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-EWRO 2020.

Fl-ajruport internazzjonali crew tal-programm ONE Breakfast stenna lill-kowċ nazzjonali biex jieħu l-kummenti tiegħu hekk kif it-tim irritorna wara d-disfatta tat-Tlieta li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend