mexxej – One News

DIRETT: Eluf għall-ewwel diskors ta’ Robert Abela bħala Mexxej Laburista

Stennija kbira għall-ewwel diskors tal-Avukat Robert Abela li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie elett bħala d-disa’ mexxej tal-Partit Laburista. Abela rnexxielu jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti tal-membri tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda.

Id-diskors mistenni jibda għall-ħabta tal-4.00 p.m. fil-padiljun ta’ f’Raħal Ġdid. Il-Mexxej Laburista elett Robert Abela se jagħlaq il-kungress tal-membri li matulu l-Partit Laburista ħatar mexxej ġdid.Aqra aktar

Min hu Robert Abela?


Robert Abela twieled fis-7 ta’ Diċembru tal-1977. Huwa trabba f’Ħal Tarxien u l-ewwel skola li attenda fiha kienet dik tas-sorijiet f’Santa Luċija u wara fl-Iskola ta’ San Franġisk f’Bormla. Aqra aktar

Eluf jirregolaw il-pożizzjoni biex jivvotaw għall-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista

Fl-aħħar jiem, madwar erbat elef membru tal-Partit Laburista rregolaw il-pożizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jivvotaw fil-Kungress li se jeleġġi l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.  Dan hekk kif il-membri li għandhom sentejn nieqsa iżda ilhom membri mill-2015 jew qabel għandhom il-fakultà li jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom. Aqra aktar

L-Eżekuttiv Nazzjonali b’vot ta’ fiduċja unanimu fil-Prim Ministru

L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, b’rappreżentanza tal-fergħat kollha tal-Partit Laburista, ta vot ta’ fiduċja unanimu lill-Prim Ministru.

L-Eżekuttiv Nazzjonali ħa nota tad-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar sigħat u l-vot ittieħed waqt laqgħa fejn b’sens ta’ responsabbiltà saret diskussjoni dwar l-iżviluppi fil-pajjiż fl-aħħar sigħat.

Elett Prim Ministru tal-Malasja fl-età ta’ 92 sena

Mahathir Mohamed, ta’ 92 sena ġie elett bħala l-mexxej tal-Malasja. Hu qed ikun meqjus bħala l-ixjeħ mexxej f’din l-elezzjoni kif ukoll fid-dinja.

Mohamed diġà kien inħatar Prim Ministru u r-rebħa storika tiegħu neħħiet il-koalizzjoni ta’ Barisan Nazzjonali (BN), li kienet ilha fil-poter mill-1957.Aqra aktar

Mistenni jkun l-iżgħar Mexxej fid-dinja

Fl-età ta’ 31, Sebastian Kurz – il-mexxej tal-Partit Konservattiv fl-Awstrija, mistenni jkun l-iżgħar mexxej fid-dinja, hekk kif huwa previst li l-Partit tiegħu se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.

Qabel l-elezzjoni, isem Kurz kien diġà mnaqqax fl-istorja bħala l-iżgħar Ministru għall-Affarijiet Barranin fl-Ewropa, wara li kien fit-tmun ta’ din il-kariga fl-2013 meta kellu biss 27.

It-tliet kandidati għal Deputat Mexxej f’diskussjoni fuq ONE

ONE HD  u ONE RADIO xandar diskussjoni bejn it-tliet kandidati għal Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Parlament, diskussjoni li matula ġew diskussi numru ta’ temi relatati ma’ din il-kariga importanti.

Il-Ministri Helena Dalli, Chris Fearne u Edward Scicluna wieġbu għad-domandi tal-ġurnalisti minn oqsma differenti tal-ħajja dwar għadd ta’ temi kurrenti u oħrajn marbuta mal-kariga li se jkunu qed jikkontestaw għaliha.

Aqra aktar

FILMAT: Il-Prim Ministru b’messaġġ fl-aħħar jum tal-Presidenza Maltija

30 ta’ Ġunju 2017 – Din hija d-data li timmarka t-tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Din kienet l-ewwel Presidenza għal pajjiżna, Presidenza ta’ suċċess li żammet il-bżonnijiet taċ-ċittadini fiċ-ċentru. Fil-fatt kienu bosta l-figuri importanti u l-ġurnali li faħħru l-Presidenza ta’ pajjiżna, Presidenza li ġiet deskritta bħala “a tough act to follow”  u li ġiet mfaħħra minn figuri importanti bħal President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

Aqra aktar

Send this to a friend