Kieku tkun friżat u ssir siġra wara mewtek?

Suġġeriment ta’ kif wieħed jista’ jindifen qed iqanqal diskussjoni fuq mezzi soċjali. Wara mewtek, tista’ tkun friżat u eventwalment issir siġra.

Forsi idea tajba għal postijiet fejn il-popolazzjoni hija kbira iżda l-ispazju huwa żgħir. Fl-istess ħin, abbli jkun hemm min jiddejjaq ikun jaf li ġismu se jgħaddi minn dan il-proċess.

Ara l-filmat u biex tikkonkludi x’taħseb.Aqra aktar

Titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex żewġha jmut meta jagħżel hu

Petizzjoni fuq is-sit change.org inkitbet minn Marlene Magro, f’isem żewġha Joe. Fiha bil-ħniena talbet lill-parlamentari Maltin sabiex jilqgħu t-talba li f’Malta tkun legalizzata il-mewt assistita.

Marlene kitbet hekk, fl-introduzzjoni tal-petizzjoni li s’issa qabżet il-mitejn persuna jappoġjawha:

“Qed nikteb f’ismhu għaliex minħabba l-kundizzjoni tiegħu Joe diġà ma jistax jikteb bħalma ma jistax jagħmel diversi affarijiet oħra li kien jagħmel ta’ kuljum. Joe filfatt isofri mill-ALS li hija marda deġenerattiva u minħabba fiha wieħed jispiċċa pparalizzat, xi ħaga li Joe jibża’ ħafna minnha.

Kemm jiena u t-tfal, kif ukoll familjari oħra nifmuh għax ħadd minna ma jixtieq jispiċċa f’dik is-sitwazzjoni. Joe dejjem jinsisti magħna li qabel ma jasal f’dik l-estremità, jekk ma tkunx introdotta liġi dwar il-mewt assistita, ma tibqalux għażla oħra ħlief li jara kif se jagħmel suwiċidju, xi ħaga li tbeżżani mhux ftit għax naf li kieku ma nkunx nista’ ngħix bi kwieti kull meta naħseb li seta’ jgħix aktar fit-tul u b’kulħadd madwaru, u li mewtu kienet mewta dinjituża fis-sliem u l-ġabra tal-familja.

Permezz tal-introduzzjoni tal-mewt assistita Joe ikun jista’ jgħix trankwillament għal aktar żmien.”

Tenniet għaldaqstant it-talba tagħna sabiex il-parlamentari Maltin jintroduċu u jaddottaw liġi dwar il-mewt assistita, “sabiex Joe ikollu moħħu mistrieħ li jekk jiġi bżonn din l-assistenza, ikollu lil min jgħinu”.

Aqra aktar hawn.

Il-Kurja tfittex post għal ‘Dar il-Ħniena’

Il-Kurja se tibda l-ħidma meħtieġa biex jiġi identifikat post għal ‘Dar il-Ħniena’ – residenza ġdida li toffri servizzi aġġornati ta’ kura paljattiva għal persuni b’mard terminali.

Il-ħsieb hu li dan is-servizz jiġi offrut minn Fondazzjoni rreġistrata b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Arċisqof qal li din id-Dar ser tkun risposta konkreta li l-Knisja f’Malta ser toffri għal min qiegħed jibża’ mill-mewt bla dinjità minħabba t-tbatija li jġib miegħu l-mard terminali.

L-Arċisqof din id-deċiżjoni tiegħu waqt quddiesa fil-kappella tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-twaqqif ta’ ‘Dar il-Ħniena’ se ssir wara 50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.

“Xtaqet tkanta, tiżfen, tirreċta” imma llum tingħata l-aħħar tislima

Illum il-funeral ta’ Tara Licari. Żagħżugħa ta’ 17-il sena li telqet din id-dinja wara inċident fatali tat-traffiku fil-Kappara.

Tara kienet fil-karozza ma’ ħuha, li għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt. Fil-karozza kien hemm passiġġier ieħor li flimkien mas-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei. Tara kienet tgħix id-Danimarka u ġiet għal btala f’pajjiżna.

Il-funeral ta’ Tara se jsir dalgħodu f’Birkirkara u dawk li se jattendu huma mitluba jagħtu donazzjoni lill-Lisa Marie Foundation u l-organizazzjoni Justice to Ensure Safer Streets.

Dan il-kliem kitbu wieħed minn ħutha fuq is-sit soċjali Facebook.

Aqra aktar

Il-vittma tal-inċident tat-traffiku dalgħodu

Hija Tara Licari, il-vittma tal-inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu fil-Kappara. Licari li tilfet ħajjitha fl-età ta’ sbatax -il sena kienet fil-karozza ma’ ħuha meta għal ħabta tas-sitta ta’ filgħodu tilef il-kontroll f’inċident li konsegwenza tiegħu t-tfajla tilfet ħajjitha. Hi kienet tgħix id-Danimarka u ġiet għal btala f’pajjiżna. Agħfas hawn għal iktar dettalji. Aqra aktar

Mr Bean għadu ħaj

L-attur kummidjant Rowan Atkinson, magħruf għar-rwol tiegħu bħala Mr Bean, spiċċa vittma ta’ qlajja online. Fi ftit kliem: għadu ħaj. Il-kelma ġriet li Atkinson, ta’ 61 sena, neħħa ruħu b’idejh. F’għajdud oħra, qalu saħansitra li miet meta prova jsalva ħajjet attur ieħor fuq il-post fejn kien qed jinġibed film.

Sabiex l-istorja tkun kredibbli, l-istejjer kellhom il-marka falza tal-BBC.

Screen Shot 2016-07-18 at 16.18.00

L-istejjer giddieba jgħidu li kien qed jissielet dipressjoni qawwija. Li ma ndunawx dawk li kienu qed idawwru din l-istorja u dawk li xerrduha fuq il-mezzi soċjali huwa li kellhom id-dati ta’ twelid u ta’ mewt ħżiena – kieku kienu tajba, kien Atkinson kien ikollu 21 sena.

Screen Shot 2016-07-18 at 16.27.17

L-Alternattiva Demokratika kontra l-ewtanażja, imma….

Id-diskussjoni dwar l-ewatanżja f’pajjiżna hija prematura ħafna. Hemm bżonn, minflok, diskussjoni dwar it-testment bioloġiku.

Dan temmnu l-Alternattiva Demokratika, li fi stqarrija spjegat li ż-żewġ kunċetti huma kompletament differenti. L-Alternattiva temmen li dak dwar l-ewtanażja huwa dibattitu fuq is-suwiċidju assistit. Iżda permezz tat-testment bioloġiku, wieħed jista’ jagħżel x’tip ta’ trattamenti ta’ terapija lest li jagħmel u liema mhux lest jagħmel, f’każ li ma jkunx jista’ jesprimi fehmtu minħabba l-mard.  Dan it-testment isir meta wieħed ikun f’siktu, bi preparazjoni għal mard li jista’ jinqala.

Aqra aktar

Imut fil-bajja tal-Mellieħa

Slovakk tilef ħajtu fil-bajja tal-Mellieħa wara li sab ruħu f’diffikultà għall-ħabta tat-15:30.

Ir-raġel ta’ 62 sena jgħix San Pawl il-baħar. Huwa ingħata l-ewwel għajnuna minn dawk li kienu l-bajja u nies mill-assoċjazzjoni tas-Salib l-Aħmar. Ittieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat mejjet.

Send this to a friend