Il-każ ta’ frodi minn fondi Ewropej bil-kiri tal-uffiċini fid-Dar Ċentrali mhux l-uniku wieħed li jikser ir-regoli tal-Unjoni Ewropea mill-Membri tal-Partlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista.
Mill-2009 ‘l hawn, ir-regoli tal-Parlament Ewropew jgħidu li l-Membri Parlamentari Ewropej ma jistgħux iħaddmu magħhom persuni li jiġu minnhom.
Iżda meta wieħed iħares lejn il-lista tal-impjegati li tħaddem magħha l-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola, isib l-isem ta’ Matthew Tabone mniżżel bħala assistent akkreditat.
Matthew Tabone huwa r-raġel ta’ oħt l-istess Metsola, u b’hekk, il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista qed tikser ir-regoli Ewropej.
Assistent akkreditat, bħalma huwa Matthew Tabone, jkun ibbażat f’wieħed mit-tliet postijiet ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew, iġifieri Brussell, Lussemburgu jew Strasburgu.Aqra aktar