Notifiki

“Irridu nwaqqfu din il-VJOLENZA MORALI kontinwa” – Chris Cardona

Waqt intevent fuq One News Breakfast, il-Ministru Chris Cardona qal li se jittieħdu passi legali fil-ġranet li ġejjin fil-konfront tal-istejjer li nkitbu dwaru. Iddeskrivihom bħala “allegazzjonijiet serji u xokkanti”, u l-blogger Daphne Caruana Galizia ddeċidiet tigdeb fuqu f’numru ta’okkażjonijiet imma issa laħqet livell baxx ħafna… tattakka familjari ta’ politiċi , lilhom personalment u saħansitra tgħajjar bil-mard.

Aqra aktar

“Se npoġġu l-interessi taċ-ċittadini fil-qalba tad-deċiżjonijiet tagħna”

Il-Membru Ewro-Parlamentari Maltija Miriam Dalli ġiet konfermata bħala l-koordinatur għal Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtà tal-Ikel fil-Parlament Ewropew, f’isem il-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi.

Il-kumitat, li jinkludi 69 membru, hu l-Kumitat leġiżlattiv ewlieni tal-Parlament Ewropew. Hu jittratta leġiżlazzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi, informazzjoni għall-konsumaturi dwar l-ikel ikkonsmat, u jipproponi soluzzjonijiet Ewropej għal kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika.

Aqra aktar

Ewropa favur id-drittijiet soċjali tal-ħaddiema

Il-Parlament Ewropew approva r-rapport ‘Il-Kolonni Ewropej għad-Drittijiet Soċjali’ li joħloq qafas għall-kundizzjonijiet diċenti fis-settur tal-impjiegi fil-pajjiżi taż-żona Ewro.

Ir-rapport, immexxi minn Maria-Joao Rodrigues, jidentifika numru ta’ prinċipji meħtieġa u li huma komuni għall-istati membri taż-żona ewro. Ir-rapport jiffoka fuq il-ħtiġijiet u l-isfidi fil-qasam tax-xogħol u l-politika soċjali.

Aqra aktar

Segwi hawn il-messaġġ t’Alfred Sant għas-sena l-ġdida

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li s-sena d-dieħla  l-Ewroparlamentari Laburisti se jibqgħu jħarsu l-interessi ta’ Malta u Għawdex.

Sostna li s-sena l-ġdida se tkun waħda ta’ sfida, iżda jinsab fiduċjuż li din  tista’ u se tkun waħda ta’ suċċess għalina lkoll.

Segwi l-messaġġ hawn.

Aqra aktar

Bartolo jġib fix-xejn allegazzjonijiet tal-PN

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li huwa diżappuntanti kif l-MEP Therese Commodini Cachia tiffirma stqarrija inġusta u giddieba, u li lesta titla’ fuq il-karru tal-gideb tal-Oppożizzjoni bħala kampanja biex tagħmel allegazzjonijiet dwar il-Ministru Evarist Bartolo.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li meta ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel hu ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Huwa spjega li kien talab biex dan isir minn Philip Rizzo li kien ċermen tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u talab lill-avukat tal-Ministeru biex hi ukoll tirrapporta l-każ.
Aqra aktar

“Għandu jkun hemm charger komuni għall-mobiles kollha sal-2017”

Il-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi insistiet mal-Kummissjoni li għandu jinżamm id-deadline li jkun hemm charger komuni għall-mowbajls kollha sa tmiem l-2017.

Waqt il-Kumitat tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, l-MPE Marlene Mizzi staqsiet lill-Kummissjoni Ewropea fiex waslu l-manifatturi fil-pjan li sa tmiem l-2017 ikun hemm chargers universali fis-suq kompatibbli mal-mowbajls kollha.
Aqra aktar

Imgiddeb hu stess imma jibqa’ jsejjaħ lill-Prim Ministru GIDDIEB

F’risposta lejn il-filmati ċarissimi li ppubika l-Partit Laburista l-bieraħ, u li żgur wieħed ma jistax imerihom, il-Membru Ewro Parlamentari David Casa baqa’ jinsisti li hija gidba li  Joseph Muscat kien strumentali biex is-soċjalisti appoġjaw in-nomina ta’ Tonio Borg bħala Kummissarju Ewropew.

“Hija gidba. Mhux vera. Ivvotaw kontra n-nomina ta’ Tonio Borg” qal Casa, filwaqt li mingħajr loġika sfida kull loġika, u kliem Simon Busuttil, u Tonio Borg stess.

Kif jixhed dan il-filmat.

Aqra aktar

Lil David Casa igiddbuh Tonio Borg u Simon Busuttil

Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa ħareġ jgħajjar lill-Prim Ministru giddieb.

Dan wara li fil-programm Dissett, il-Prim Ministru spjega kif meta fl-2012 kien hemm in-nomina ta’ Tonio Borg għall-Kummissarju Ewropew, il-Partit Laburista kien għamel minn kollox biex jassigura li n-nomina Maltija tikseb l-appoġġ meħtieġ.

Fatt magħruf.

Iżda minkejja dan fi stqarrija Casa qal li “il-Partit Laburista prova jimmina l-kandidatura ta’ Tonio Borg ma kull okkażjoni.”

Iżda lil David Casa giddbu Tonio Borg innifsu u ironikament anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil.

Aqra aktar

Send this to a friend