Notifiki

Konferma li John Zammit baqa’ bl-istess kariga

L-Aġenzija ta’ Kontra l-Frodi tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF mistennija tintalab tinvestiga l-iskema ta’ frodi minn fondi Ewropej tal-Partit Nazzjonalista dan skont il-gazzetta t-Torċa.

Skema li hu stmat li biha l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti taw man-nofs miljun ewro fondi tal-Parlament Ewropew lill-Partit Nazzjonalista, bi ksur sfaċċat tar-regoli Ewropej.

Aqra aktar

Alfred Sant jgħid li Busuttil qed jigdeb

Stqarrija mibgħuta mill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant tgħid kif Sant, Marlene Mizzi u Miriam Dalli, it-tliet Ewroparlamentari li qed jirrapreżentaw lill-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għandom il-Financial Accounts aċċessibbli fuq il-websites rispettivi tagħhom. Dan huwa ferm aktar minn dak mitlub mir-regoli tal-Parlament Ewropew u b’impenn totali mal-valur tat-trasparenza. Dan isir fuq bażi annwali.

Aqra aktar

Miriam Dalli fost l-aktar influwenti fil-Parlament Ewropew fil-qasam tal-ambjent

L-MPE Miriam Dalli intagħżlet bħala waħda mill-iktar membri parlamentari ewropej influwenti f’dik li hija politika dwar l-ambjent. Għażla li fost oħrajn ikkunsidrat ħmistax-il vot kruċjali u kontroversjali biex jara liema Membri Parlamentari Ewropej ħadu pożizzjoni favur l-ambjent. Dalli ntgħażlet bħala waħda mill-aktar MEPs progressivi f’dan is-settur.

Filfatt, hija ukoll il-ko-ordinatur tal-kumitat ENVI f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi u kienet ukoll shadow rapporteur ta’ numru ta’ rapporti dwar l-ambjent fil-Parlament Ewropew fosthom dwar l-emissjonijiet.

Aqra aktar

Il-passat tal-Unjoni Ewropea importanti daqs il-futur

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li d-deċiżjonijiet fuq il-futur tal-Ewropa għandhom ikunu msejsa fuq analiżi kritika u onesta tal-passat riċenti tal-Ewropa. Sfortunatament dan l-eżerċizzju qed jitħalla f’idejn il-populisti u d-demagogi, irrimarka l-Ewroparlamentari Malti waqt l-intervent tiegħu fid-dibattitu “Il-‘White Paper’ dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea”.

Aqra aktar

L-Unjoni Ewropea maqtugħa miċ-ċittadini tagħha – Marlene Mizzi

Il-Membru Parlamentari tal-Parlament Ewropew, Marlene Mizzi, laqgħet il-programm Ewropa għaċ-ċittadini u qalet li dan huwa għodda ewlenija biex jissaħħaħ is-sens ta’ ċittadinanza u appartenenza Ewropea, li qatt ma kien importanti daqs kemm huwa llum. Iżda fl-istess waqt hija talbet għall-infurzar u ż-żieda fil-baġit, il-proġetti u l-miri tal-programm.

Aqra aktar

‘Eluf ta’ immigranti jistennew il-Libja’ – Miriam Dalli

Ninsabu fuq l-għatba ta’ influss probabbli ta’ eluf ta’ immigranti fiċ-ċentru tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropea għadha ma ħarġitx b’soluzzjoni effettiva li verament tagħmel differenza u tindirizza din ir-realtà.

Stqarret dan il-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew waqt li kien qed jiġi diskuss is-suġġett tal-immigrazzjoni miċ-ċentru tal-Mediterran.

“Sorsi differenti qed jitkellmu dwar eluf ta’ nies jistennew fil-Libja biex jaqsmu lejn l-Ewropa. Is-sitwazzjoni hija kritika u la jikkalma t-temp se nerġgħu niffaċċjaw influss qawwi ieħor mingħajr m’għandna soluzzjonijiet adegwati,” qalet Dr Dalli.

Aqra aktar

Send this to a friend