MEP – One News

Notifiki

Miriam Dalli tingħaqad ma’ organizzazzjoni pedjatrika Ewropea biex iżżid il-pressjoni għall-azzjoni fuq livell Ewropew

Mill-2006, disa’ mediċini ġew approvati għall-kanċer pedjatriku, meta mqabbel ma’ 150 mediċina kontra l-kanċer fost l-adulti.

L-Unjoni Ewropea teħtieġ iżżid l-azzjoni tagħha biex tiddedika investiment xieraq fir-riċerka għal trattamenti essenzjali għal tfal li jbatu mill-kanċer. L-MPE Laburista Miriam Dalli u s-Soċjetà Ewropea għall-Onkoloġija Pedjatrika (SIOPE) iddiskutew kif jistgħu jikkollaboraw flimkien biex jiżguraw li tingħata aktar importanza lill-kanċer pedjatriku. Aqra aktar

Josianne Cutajar b’kariga dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE

Minkejja li l-esperjenza ta’ Josianne Cutajar bħala membru fil-Parlament Ewropew għadha fil-bidu tagħha, l-Ewroparlamentari Maltija għadha kemm ġiet maħtura bħala Rapporteur Permanenti għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Enerġija (ITRE) mill-familja politika tagħha fil-Parlament Ewropew, is-Soċjalisti u d-Demokratiċi.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Metsola mhix denja li terġa’ tkun eletta – Opinjonisti indipendenti

Roberta Metsola insiet li l-irwol tagħha fil-Parlament Ewropew mhux biex tkisser lil Malta imma biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-Maltin li poġġewha hemm.

Dan qalu l-opinjonista indipendenti Martin Scicluna fil-ġurnal Times of Malta tal-Erbgħa, f’artiklu bit-titlu ‘Unworthy of election’.

B’diversi referenzi għal kitba tagħha stess, Scicluna juri kif Metsola qed tipprova ssalva ġildha u tgħatti dak li verament għamlet.

Aqra aktar

“Ser nassigura li Malta timmassimizza l-Fondi Ewropej, speċjalment fil-biedja, r-riċerka u l-innovazzjoni” – Alex Agius Saliba

F’diskors fuq il-midja soċjali, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ser ikun qed jaħdem sabiex jassigura li Malta timmassimizza, l-Fondi Ewropej fil-programm li jmiss, speċjalment fil-biedja, r-riċerka u l-innovazzjoni” Dan b’mod partikolari fid-dawl li l-baġit Ewropew għar-riċerka u innovazzjoni 2021-2027 ser ikun qed jitrippla.

Aqra aktar

“Malta għandha tinsisti għal Ewropa soċjali” – Alfred Sant

Malta għandha ssostni s-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`, qal il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew Alfred Sant waqt attivita` soċjali fil-Belt Valletta. Dr Sant qal li għall-Ewropa l-2019 tista’ tkun diffikultuża daqs l-2018. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali żdiedu. Dan qed ixekkel is-solidarjeta` fi ħdan in-nazzjonijiet u bejn in-nazzjonijiet.

Aqra aktar

Send this to a friend