Notifiki

Il-MPE Agius Saliba jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkontrollaw u jissorveljaw prezzijiet artifiċjalment għoljin għal prodotti essenzjali


L-Ewro Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba talab lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jintroduċu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw u jissorveljaw prezzijiet għoljin u inġusti għal prodotti essenzjali matul l-imxija tal-Coronavirus. Aqra aktar

Il-MPE Alex Agius Saliba maħtur rapporteur fuq ir-Right to Disconnect

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba nħatar rapporteur fuq ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ir-Right to Disconnect. Il-Kumitat tal-Impjiegi fil-Parlament Ewropew iddeċieda li jabbozza rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja biex jipproponi leġiżlazzjoni dwar id-dritt ta’ skonnettjar diġitali, u Alex Agius Saliba ser ikun il-Membru Parlamentari Ewropew responsabbli. Aqra aktar

Il-MPE Alex Agius Saliba jippresiedi l-Kumitat AKP-UE dwar l-affarijiet politiċi fir-Rwanda

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba rrappreżenta lill-Parlament Ewropew fit-38 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Unjoni Ewropea (UE) li qed issir f’Kigali, r-Rwanda. Matul il-laqgħa ta’ din is-sena, is-suġġetti tat-tibdil fil-klima, t-tkabbir sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-migrazzjonikienu fuq nett tal-aġenda tal-Assemblea. Aqra aktar

Send this to a friend