Notifiki

Il-MPE Alex Agius Saliba jippreżenta r-rapport tiegħu dwar persuni b’diżabilità fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li aktar kmieni din il-ġimgħa l-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba ppreżenta r-rapport tiegħu fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu rwol importanti ta’ protezzjoni, li bih jiżgura l-konformità tal-Unjoni Ewropea (UE) mas-CRPD fi ħdan it-tfassil tal-politika u l-azzjonijiet leġiżlattivi fil-livell tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

“Appell b’saħħtu favur ċertifikazzjoni Covid-19 Ewropea għall-ġid tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin” – Cyrus Engerer

“Wasal iż-żmien biex il-ħaddiema u n-negozji ż-żgħar Maltin u Għawdxin jingħataw is-serħan il-moħħ mill-Unjoni Ewropea li se tkun qiegħda tagħmel minn kollox biex fl-iqsar żmien possibbli jerġa’ jibda ċ-ċaqliq ħieles bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea b’mod sigur,” qal dan il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Cyrus Engerer waqt li kien qiegħed jindirizza laqgħa tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għat-tnedija ta’ ċertifikat diġitali Ewropew dwar it-tilqim kontra l-virus Covid-19.Aqra aktar

Alex Agius Saliba jikseb rebħa oħra fil-kumitat tal-impjiegi, bi pressjoni għal aktar flus għall-ħaddiema, iż-żgħażagħ u t-tfal

F’vot fil-Kumitat tal-Impjiegi tal-Parlament Ewropew, il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba rnexxielu jassigura finanzjament aktar b’saħħtu għal ħafna programmi progressivi tal-S&D għaż-żgħażagħ, it-tfal, in-nisa, il-ħaddiema, is-saħħa, il-klima, it-tranżizzjoni, u l-irkupru mill-kriżi. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista.Aqra aktar

Il-MPE Alex Agius Saliba ġie magħżul mill-Għaqda Ewropea SME Connect bħala Chairperson għall-Politika Ewropea għall-qasam diġitali u l-pjattaformi online

Vot ta’ fiduċja ieħor u aktar responsabilitajiet fuq livell Ewropew għall-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba hekk kif ġie magħżul mill-għaqda li tirrappreżenta eluf ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju fuq livell Ewropew bħala Chairperson ta’ SME Connect Europe għall-politika Ewropea fuq il-qasam diġitali u l-Pjattaformi online.Aqra aktar

Send this to a friend