Notifiki

Adottat rapport li jassigura aktar ugwaljanza b’saħħitha – Josianne Cutajar negozjatriċi f’isem l-S&D

Il-Parlament Ewropew adotta rapport importanti li tiegħu l-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar kienet in-negozjatriċi f’isem l-S&D. Dan ir-rapport se jassigura aktar ugwaljanza bejn is-sessi. Il-vot fil-plenarja seħħ wara li r-rapport dwar l-integrazzjoni tal-ġeneru fil-politika ta’ koeżjoni għadda b’suċċess mill-Kumitat tal-Iżvilupp Reġjonali. Aqra aktar

Il-MPE Josianne Cutajar issir firmatarja fil-Koalizzjoni għall-Futur tat-Turiżmu

Il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar, li hija membru tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu fil-Parlament Ewropew u tat-Task Force dwar it-Turiżmu fi ħdan l-istess Kumitat, għadha kif saret firmatarja fil-Koalizzjoni għall-Futur tat-Turiżmu. Il-Koalizzjoni qed issawwar viżjoni għas-settur turistiku, u diġà stabbilixxiet 13-il Prinċipju Gwida sabiex ikun żgurat li l-industrija tiżviluppa b’mod sostenibbli. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista.Aqra aktar

Send this to a friend