Melanie Calleja – One News

Notifiki

Jiċħdu li saret vjolenza domestika fuq Melanie

Din hija stqarrija mingħand il-familja Calleja li tiċħad li qatt saret vjolenza domestika fid-dar. Din hija kollha malafama intenzjonata biex jintefa’ dell ikrah fuq il-familja li tant għamlet magħha. Il-familja Calleja tistqarr li minn meta kienet żgħira, Melanie, dejjem kellha karattru diffiċli u kienet ribelluża ħafna. Il-familja tgħid li bil-karattru li għandha Melanie żgur li qatt ma kienet ser tħalli lil xi ħadd jagħmel pussess fuqha kif qed tgħid hi. Kienet dejjem toħodha kontra min jiftħilha għajnejha, saħansitra anke meta il-familja kollha ppruvat tagħtiha għajnuna professjonali u hi rrifjutatha. Il-membri tal-familja kollha dejjem qagħdu attenti kif jaġixxu magħha minħabba l-istat mentali tagħha, għalkemm ġew attakkati u malafamati kemm-il darba. Aqra aktar

Send this to a friend