mejjet – Page 3 – One News

Notifiki

Ajkla mejta wara li kienet fil-mira tal-kaċċaturi

Il-BirdLife Malta qalet li lbieraħ ajkla rari spiċċat fil-mira tal-kaċċaturi u nqatlet fil-Girgenti.

Fi stqarrija, l-Bird Life spjegat li kien għall-ħabta ta’ nofsinhar x’ħin daħlu l-ewwel rapporti li kienet osservata Ajkla tal-Kalzetti (Booted Eagle) – tajra tal-priża protetta li hi speċi rari għal Malta – tittajjar fuq l-ajruport.
Aqra aktar

Ebda suspett ta’ ‘foul play’ fil-każ tal-Ġermaniż

Il-pulizija għadha qed tipprova tistabilixxi x’seħħ biex il-Ġermaniż Mike Mansholt spiċċa taħt l-irdum ta’ Ħad-Dingli. Peró sorsi fil-Korp tal-Pulizija spjegaw li qed ikun eskluż kważi għal kollox li f’dan il-każ kien hemm dak magħruf bħala ‘foul play’, li jfisser l-involviment  ta’ persuna oħra.

Aqra aktar

Mr Bean għadu ħaj

L-attur kummidjant Rowan Atkinson, magħruf għar-rwol tiegħu bħala Mr Bean, spiċċa vittma ta’ qlajja online. Fi ftit kliem: għadu ħaj. Il-kelma ġriet li Atkinson, ta’ 61 sena, neħħa ruħu b’idejh. F’għajdud oħra, qalu saħansitra li miet meta prova jsalva ħajjet attur ieħor fuq il-post fejn kien qed jinġibed film.

Sabiex l-istorja tkun kredibbli, l-istejjer kellhom il-marka falza tal-BBC.

Screen Shot 2016-07-18 at 16.18.00

L-istejjer giddieba jgħidu li kien qed jissielet dipressjoni qawwija. Li ma ndunawx dawk li kienu qed idawwru din l-istorja u dawk li xerrduha fuq il-mezzi soċjali huwa li kellhom id-dati ta’ twelid u ta’ mewt ħżiena – kieku kienu tajba, kien Atkinson kien ikollu 21 sena.

Screen Shot 2016-07-18 at 16.27.17

Send this to a friend