Il-medjazzjoni tista’ tkun is-soluzzjoni meta tinqala’ tilwima ċivili minflok wieħed imur għal-litgazzjoni fil-Qorti. Hekk stqarr Romuald Attard ir-Reġistratur taċ-Ċentru għall-Medjazzjoni għal Malta. Aqra aktar

Il-medjazzjoni tista’ tkun is-soluzzjoni meta tinqala’ tilwima ċivili minflok wieħed imur għal-litgazzjoni fil-Qorti. Hekk stqarr Romuald Attard ir-Reġistratur taċ-Ċentru għall-Medjazzjoni għal Malta. Aqra aktar
Illum ġew ippubblikati erba’ avviżi legali. Il-ħsieb wara dawn l-avviżi legali huwa li ssir medjazzjoni wkoll qabel ma jsiru kawża inkonnessjoni ma’ kirjiet li ġew kostitwiti qabel il-31 ta’ Mejju 1995, quddiem il-Bord li jirregola l-Kera.Aqra aktar
Ġie inawgurat ċentru tal-Medjazzjoni ġdid ġewwa l-Belt Valletta sabiex jassisti li ċittadin li ikun irid isolvi tilwim ċivili, kummerċjali jew industrijali u ma jkunx irrid jidħol l-Qorti.
Dan iċ-ċentru tal-Medjazzjoni ġie stabbilit bl-iskop li jipprovdi forum fejn żewġ partijiet jew aktar jistgħu volontarjament jissottomettu flimkien talba għal medjazzjoni quddiem iċ-Ċentru.Fil-proċess, medjatur jaġixxi bħala terza persuna mparzjali bl-għan li jiffaċilita n-negozjati bejn il-partijiet sabiex jgħinhom isolvu t-tilwim tagħhom billi jilħqu ftehim volontarju u f’waqtu.
Imniedi is-servizz ta’ medjazzjoni bejn il-vittma u min iwettaq ir-reat offrut mid-Dipartiment tal-Probation u Parole. Fl-inawgurazzjoni tiegħu, l-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela tkellem kif permezz ta’ dan is-servizz għall-ewwel darba tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, il-ħarsien tal-vittmi r-rijintegrazzjoni ta’ min iwwettaq ir-reat qegħda tingħata żvolta ġdida.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin laqa’ l-istedina tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-White Paper għal titjib fil-qasam tal-medjazzjoni.
Wara li eżamina d-Dokument ta’ Konsultazzjoni, l-Istitut osserva li għalissa l-kunċett tal-medjazzjoni se jkun applikat għal kwistjonijiet li jirrigwardaw il-kirjiet.
L-Istitut jemmen li hemm qasam ieħor fejn dan il-kunċett għandu jkun introdott, li huwa fil-każ tal-libelli.
Fil-jiem li għaddew smajna r-reazzjoni ta’ esperti legali dwar il-proposti għall-użu tal-medjazzjoni fil-qasam tal-kera. One News tkellem ma’ ta’ esperjenza fil-qasam, Patrick Galea, li huwa kunfidenti li l-emendi proposti se jgħinu fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.
Ftit tal-jiem ilu l-Gvern ippreżenta white paper sabiex il-proċess ta’ medjazzjoni tkun introdotta wkoll f’każijiet ta’ tilwim fuq kirjiet tad-djar. Il-proċess tal-medjazzjoni s’issa jintuża f’każijiet tal-familja jew f’tilwimiet relatati mal-konsumatur. ONE NEWS tkellem mal-avukat Phyllis Aquilina dwar is-suċċess li kellu s’issa l-medjazzjoni f’dawn l-oqsma u dwar il-prospettiva li l-istess suċċess jintlaħaq fil-qasam tal-kera. Mil-lenti legali tagħha taqsam ħsibijietha magħna.
Permezz ta’ emendi proposti f’whitepaper imressqa mill-gvern, il-liġi tal-medjazzjoni se tkun aġġornata biex issir aktar aċċessibbli u tiffaċilita t-triq għall-partijiet li jagħżlu riżluzzjoni amikevoli tat-tilwim.
Il-White Paper tipproponi li l-proċess ta’ medjazzjoni isir obbligatorju, iżda l-partijiet xorta jkollhom l-opportunità li ma jużawhx.
Bil-għan li l-medjazzjoni issir iktar popolari f’ oqsma oħra taċ-ċivil, l-emendi jniedu proġett pilota li tħeġġeġ lill-partijiet involuti f’ tilwima dwar il-kera biex minflok imorru quddiem il-board li jirregola l-kera, li s’issa huwa l-ewwel rikors, jgħaddu quddiem iċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni.
Send this to a friend