mediċini – One News

Jitraħħsu 23 mediċina fosthom tal-pressjoni u antibijotiċi

Tħabbar roħs fil-prezzijiet ta’ 23 mediċina li wħud minnhom se jwasslu għal roħs sa 25% fil-mija fil-prezz.

Fost dawn antibijotiċi, mediċina kontra d-dipressjoni, pillola kontraċettiva, u kontra l-allerġija.

L-antibijotiku tal-penicilin magħruf bħala Augmentin raħas b’25 % u għalhekk il-pazjent se jiffranka minn roħs li jlaħħaq il-€5. Tħabbar ukoll roħs ta’ 22% fuq mediċina għad-dipressjoni, u ta’ 18% fuq pilloli kontraċettivi. Aqra aktar

Estensjoni tal-Awtorità dwar il-Mediċini imsemmija għal impjegat li miet sitt xhur ilu

Għadha kif ġiet inawgurata estensjoni fil-binja tal-Awtorità dwar il-Mediċini,  li kemm ilha topera irduppjat in-numru ta’ ħaddiema. Illum l-Awtorità qed jimpjega mas-66 persuna.

Din l-estensjoni kienet bżonnjuża wkoll għax inhass il-bżonn li tkompli tikber din l-istorja ta’ suċċess, hekk kif din  tkun qed timrah f’oqsma farmaċewtiċi ġodda.Aqra aktar

L-Awtorità dwar il-mediċini timplimenta b’suċċess miżura tal-baġit 2018

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jindirizza avveniment bit-tema ‘Innovative Approaches to Excellence in Regulatory Sciences’, organizzat mill-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini

L-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini organizzat avveniment informattiv ta’ tliet ijiem ma’ TOPRA, l-Organizzazzjoni għall-Professionijist tax-Xjenza Regolatorja, dwar regoralizzazzjoni Ewropea u proċeduri għal mediċini. Professjonisti, membri tal-Awtorita, u memrbi minn TOPRA lkoll kienu preżenti.

Aqra aktar

Testijiet forensiċi kollha issa jsiru f’Malta stess

Il-BioDNA Laboratory services qed jistennew li sal-aħħar tas-sena jiġu akkredidati fuq livell internazzjonali għal testijiet tossikoloġiċi.

Fi kliem il-Professur Serracino Inglott dan il-laboratorju jilħaq il-milja tax-xjenza teoretika li tiġi applikata f’affarijiet ta’ importanza kbira fosthom it-testijiet tal-paternità.

Dan il-laboratorju jipprovdi ukoll servizzi forensiċi lil Qrati Maltin, jispeċjalizza fid-determinazzjoni tad-DNA għal skopijiet forensiċi  u issa qed joffri ukoll servizz ġdid, testijiet fuq id-droga maqbuda mill-Pulizija biex tiġi determinata l-kompożizzjoni u l-purità tagħha.

Għalhekk, dan il-laboratorju jitlob li ma jsir ebda żball u huwa wieħed professjonali u ta’ importanza.

Aqra aktar

Send this to a friend