Mediċina – Page 2 – One News

Notifiki

Preskrizzjoni ta’ 6 xhur għall-pazjenti li għandhom il-karta s-safra

Pazjenti li għandhom mard kroniku u li jieħdu l-mediċina taħt l-iskema Pharmacy of your Choice bil-kartuna s-safra issa se jibdew jingħataw preskrizzjoni tat-tabib valida għal sitt xhur.

Il-pazjent se jkun qed jingħata total ta’ tliet preskrizzjonijiet li kull waħda minnhom hija valida għal xahrejn, għalhekk il-pazjent se jkollu preskrizzjoni li tkopri sitt xhur.

Madwar 151,000 pazjent li għandhom mard kroniku kien qed ikollhom bżonn preskrizzjoni tat-tabib ġdida kull xahrejn, għalhekk din il-bidla, fi kliem il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne se tagħmel il-ħajja tal-pazjent aktar faċli.

Aqra aktar

Nomina uffiċjali għall-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini; nikkompetu ma’ 20 pajjiż

Malta tefgħet l-offerta biex topsita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

Malta ssottomettiet l-offerta biex tospita l-kwartieri tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA, skont kif miftiehem nhar it-22 ta’Ġunju ta’ din is-sena meta l-Mexxeja Ewropej qablu dwar ir-rilokazzjoni tal-EMA u l-Awtorita Ewropea tal-Banek fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Dan kollu skont kif propost mill-President tal-Kummissjoni Ewropea u il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

JORĦSU 28 MEDIĊINA OĦRA

Tħabbar roħs fil-prezz ta’ 28 mediċina differenti, bir-roħs ikopri sa 32%.

L-aktar roħs sinifikanti huwa fuq il-pilloli tad-dimensja, li se jorħsu b’31%. Dan ifisser li l-konsumatur se jiffranka €14.57. Se torħos ukoll it-Tamsol, li tintuża għat-trattament tal-prostata. Hawn jidħol roħs ta’ 32%.

Il-gums li jittieħdu minn min irid jaqta’ s-sigaretti se jorħsu b’20%.

Il-mediċina Aminidex, li tintuża f’każijiet ta’ kanċer tas-sider, se terġa torħos. F’Novembru 2014 kienet raħset b’60%, minn €164 ghal €66. Issa se terġa’ torħos ghal €55.80, jiġifieri roħs ta’ €10 oħra.

Aqra aktar

Tnejn l-isptar – tinqaleb karozza bejn Ħad-Dingli u r-Rabat

Żewġ persuni idaħħlu l-isptar wara li karozza tat-Tip Mitsubishi Junior inqalbet fit-triq ta’ bejn Ħad Dingli u r-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra. L-ewwel għajnuna ngħatat minn persunali kienet għadejja u nzertat li taħdem fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei fejn imbagħad eventwalment intbagħtu eventwalment żewġ ambulanzi fuq il-post.

L-Operazzjoni sabiex inħarġu l-persuni saret mill-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili.

Aqra aktar

Jieħdu ħsieb saħħitna minn wara l-kwinti…

Meta nitkellmu dwar il-kura u s-saħħa, l-ewwel ma jiġu f’moħħna huma t-tobba u l-infermiera. Filwaqt li għandhom irwol kruċjali, jassistuhom minn wara l-kwinti hemm dawk li jissejħu Biomedical Scientists.

Xjenzati li jispeċjalizzaw f’diversi oqsma u janalizzaw ħafna mill-partijiet ta’ ġisimna.

Aqra aktar

Żieda fl-istudenti tal-mediċina

Fl-aħħar sitt snin l-istudenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta żdiedu b’mod konsiderevoli. Ta kontribut kbir ukoll lejn din iż-żieda l-ammont ta’ studenti barranin. F’din is-sena skolastika hemm 808 studenti tal-mediċina meta fis-sena skolastika 2010/2011 kien hemm 488 student.

Sitt snin ilu kien hemm 25 student tal-mediċina fl-Università ta’ Malta li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Illum hemm 154. Filwaqt li sitt snin ilu kien hemm 44 student barra l-Unjoni Ewropea, is-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 86.

L-istudenti Maltin żdiedu minn 419 għal 568.

Dawn in-numri juru li pajjiżna jista’ jkun suq importanti għall-edukazzjoni medika u għalhekk kienet importanti l-miġja tal-iskola medika ta’ Barts li l-bini tagħha f’Għawdex beda u li iktar tard din is-sena mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha.

Sal-2019 il-mediċini kollha tal-kanċer se jingħataw b’xejn mill-Gvern

Il-mediċini kollha stabbiliti fil-qasam tal-kanċer se jiddaħħlu kollha fil-formularju tal-Gvern sal-2019. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt il-Kumitat Permanenti Parlamentari għas-Saħħa.

Il-Ministru Fearne qal li minn din is-sena diġa bdew jidħlu mediċini ġodda għall-kanċer u dan il-pjan se jibqa’ għaddejj biex sal-2019 jkunu ddaħħlu l-mediċini kollha stabbiliti fil-qasam tal-onkoloġija.

“Din is-sena għall-ewwel darba il-Gvern ivvotta €3 miljuni fil-baġit għas-saħħa biex propju jintużaw biex jiddaħħlu mediċini ġodda għall-kanċer,” qal il-Ministru Fearne.

Aqra aktar

VJAGRA mingħand l-ispiżjar; diskussa t-tneħħija tar-riċetta tat-tabib

Dibattitu fl-Ingilterra jaf iwassal biex il-vjagra tibda tkun disponibbli fi spiżeriji għall-ewwel darba mingħajr il-ħtieġa ta’ karta tat-tabib. Regolaturi mediċi se jibdew perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tliet ġimgħat fuq pjan li mistennij jżid il-bejgħ tal-pillola blu bil-wisq mhux ftit. Il-vjagra hija waħda mill-aktar pilloli li qatt għamlet suċċess minn meta nħolqot mid-ditta Pfizer fl-1998.

Aqra aktar

Send this to a friend