Mediċina – One News

Notifiki

Miriam Dalli tingħaqad ma’ organizzazzjoni pedjatrika Ewropea biex iżżid il-pressjoni għall-azzjoni fuq livell Ewropew

Mill-2006, disa’ mediċini ġew approvati għall-kanċer pedjatriku, meta mqabbel ma’ 150 mediċina kontra l-kanċer fost l-adulti.

L-Unjoni Ewropea teħtieġ iżżid l-azzjoni tagħha biex tiddedika investiment xieraq fir-riċerka għal trattamenti essenzjali għal tfal li jbatu mill-kanċer. L-MPE Laburista Miriam Dalli u s-Soċjetà Ewropea għall-Onkoloġija Pedjatrika (SIOPE) iddiskutew kif jistgħu jikkollaboraw flimkien biex jiżguraw li tingħata aktar importanza lill-kanċer pedjatriku. Aqra aktar

Il-kartuna s-safra se tiġi mġedda b’6 xhur b’mod awtomatiku

Il-kartuna s-safra se tkun qed tiġi mġedda b’sitt xhur sabiex tiffaċilita lil dawk intitolati għall-mediċini b’xejn f’din is-sitwazzjoni tal-Coronavirus. L-ispiżjara se jkunu jistgħu jibqgħu jipprovdu l-mediċini fuq dokumenti li jkunu se jiskadu għal perjodu itwal ta’ sitt xhur. B’dan il-mod il-pazjent ma jkollux għalfejn imur għand il-konsulent tiegħu għall-firma. Din id-direzzjoni tgħodd ukoll għal dawk li jirċievu trattament li ma jkunx parti mill-formolarju tal-Gvern. Aqra aktar

€14-il miljun għal 1,805 mediċina


Il-Kumitat għal Talbiet Għal Mediċini Eċċezzjonali nefqet €14-il miljun sabiex ġew approvati aktar minn 1,800 mediċina eċċezjonali li ma jinsabux fuq il-formularju tal-Gvern. Nefqa li saret bejn April 2018 u Awwissu ta’ din is-sena. Aqra aktar

ARA: Robot se jibda jwassallek il-mediċina fis-sala tal-isptar

Pillpick. Sistema robotika li se twassal il-mediċina lill-pazjent li jkun rikoverat fl-isptar Mater Dei, f’temp ta’ tleit minuti u nofs. Id-dettalji dwar dan il-proġett tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne. Il-proġett b’investiment ta’ €12-il miljun se jsir minn konsorzju ta’ kumpaniji barranin. Aqra aktar

207 proġett b’ħolqien ta’ 3,411 impjieg ġdid

Il-Malta Enterprise, bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, approvat 79 proġett ta’ investiment. Dawn il-proġetti, b’investiment ta’ kważi €87 miljun, se joħolqu kważi 1,060 post tax-xogħol ġdid f’pajjiżna. 21 proġett huma proġetti ġodda jew ta’ espansjoni minn investituri barranin, filwaqt li 58 proġett huma proġetti ġodda jew ta’ tkabbir minn investituri lokali.

Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Malta Enterprise li ġie ppreżentat waqt Business Breakfast it-Tnejn filgħodu.

Mir-rapport ħareġ kif fl-2017 il-Malta Enterprise approvat 128 proġett. B’investiment ta’ €249.2 miljun.Aqra aktar

L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supredent tas-Saħħa Pubblika qegħdin isegwu s-sitwazzjoni dwar il-mediċina ‘Valsartan’

L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qed isegwu sitwazzjoni li qed tiżviluppa fl-aħħar sigħat fl-Ewropa kollha u li dwarha ġew infurmati mill-European Medicines Agency (EMA) dwar mediċina tal-valsartan.

L-EMA fl-aħħar sigħat avżat dwar potenzjalment impurità mhux mistennija li nstabet fl-ingredjent attiv manifatturat fiċ-Ċina li jintuża biex jiġu manifatturati xi prodotti mediċinali tal-valsartan

L-awtoritajiet tas-saħħa se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata mill-EMA minn ħin għall-ieħor.

Il-valsartan hi mediċina li tintuża biex tiġi kontrollata l-pressjoni għolja u għal problemi kardjovaskulari.

Sakemm ma jinħariġx avviż ieħor, l-Awtorità tal-Mediċini u l-SPH qed jimxu mal-pariri li qed jingħataw mill-EMA u mill-Health Products Regulatory Authority (HPRA) li l-pazjenti m’għandhomx iwaqqfu dawn il-mediċini għal għarrieda. Avviżi oħrajn jinħarġu skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

Send this to a friend