Notifiki

Bla sigrieti?

Nisimgħu ħafna paroli fuq data protection! Li ma tkun data protection xejn, imbagħad sigrieti, fis-sens ta’ dover li wieħed iżomm il-kundfidenzjalità, dak tar mar-riħ. Mhux hekk biss imma ċerti ġurnali jippretendu li dak hu dritt għall-informazzjoni, u jistgħu jiddubbaw jew jisirqu informazzjoni u jġibuha. U anzi jiftaħru li hija “esklussiva”. Aqra aktar

Busuttil jibqa’ jaħrab il-ġurnalisti

Il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ għażel li ma jistedinx ġurnalisti għal-laqgħat li għamel fid-Dar Ċentrali u li s-soltu jagħmel stediniet għalihom. Din il-ġimgħa diġà għamilha darbtejn meta ltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ sportivi u persuni li jaħdmu fil-qasam tad-diabete.

Aqra aktar

27 ta’ Marzu: meta l-Parlament jibda jiddiskuti l-abbozz ta’ liġi dwar il-midja u l-malafama

Il-Parlament se jibda jiddiskuti l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Midja u l-Malafama fis-27 ta’ Marzu. Id-deċizjoni kienet komunikata lill-Oppożizzjoni mill-whip tal-gvern Godfrey Farrugia f’laqgħa tal-Kumitat permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra it-Tnejn fil-għaxija.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici ppreżenta l-ewwel qari tal-abbozz, li qajjem kontroversja kbira, f’Ottubru li għadda.

Fost affarijiet oħra, l-abbozz jaħseb sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet dwar il-malafama, it-tneħħija ta’ libel kriminali fil-liġijiet dwar il-midja, l-introduzzjoni ta’ liġi ta’ tort ċivili ġdid ta’ inġurja, u r-regolamentazzjoni ta’ aħbarijiet fuq siti elettroniċi u servizzi ta’ ġrajjiet kurrenti.

Aqra aktar

Send this to a friend