MCAST – Page 6 – One News

Notifiki

Mill-2001 iggradwaw 29,030 student mill-MCAST

Mis-sena 2001, minn meta twaqqfet l-MCAST, iggradwaw 29,030 student. Ammont li hu bbażat fuq korsijiet diversi li jvarjaw mill-ewwel livell sas-sitt livell u kif ukoll korsijiet li jissejħu “Pathway course to Independent Living’ u oħrajn li jwasslu għall-kwalifiki internazzjonali tal-Avjazzjoni jew Marittimu.

Aqra aktar

Storja ta’ suċċess; 6,780 student fl-MCAST

Fis-sena skolastika li għaddiet, 6,780 student kien qed għamel kors mal-MCAST.

Din kienet l-ewwel darba li daħlet l-idea ta’ tliet kulleġġi fi ħdan MCAST wieħed. L-iktar korsijiet frekwentati kienu dawk li jaqgħu taħt l-istitut tal-inġinerija u t-trasport, b’1,559 student. Fi ħdanu dan jinkludi korsijiet fil-manunenzjoni tal-ajruplani u studji marittimi. Warajh, kien hemm korsijiet relatati mas-servizzi fil-komunità. It-tielet l-aktar campus frekwentat kien dak tal-istudji dwar in-negozju u l-kummerċ, u wara l-istut tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni. Studenti jattendu l-campus ta’ Għawdex laħħqu l-226.

Dan irriżulta mir-rapport annwali tal-Kulleġġ għas-sena 2015-2016.

Il-kap tal-kulleġġ Stephen Cachia u l-president tal-bord tal-gvernaturi  Dr Sylvio Debono tkellmu magħna dwar il-punti saljenti tar-rapport.

Aqra aktar

MCAST bl-ewwel kors tal-iGaming

Kollaborazzjoni bejn l-iGaming Academy u l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija wasslet biex tnieda l-ewwel kors tal-iGaming, li minn dan ix-xahar se jkun disponibbli għal madwar elf student tal-ICT fl-MCAST.

Imdawwar b’għexieren ta’ studenti prospettivi, Jamie Debono, il-Managing Director tal-iGaming Academy, spjega kif dan huwa l-ewwel kors tal-iGaming li qed isir f’istituzzjoni edukattiva nazzjonali, u l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu fuq livell Ewropew.

Kors pilota li għandu l-għan li jqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet li jeżistu f’industrija li fil-preżent timpjega disat’elef persuna fuq bażi full-time; iżda li minnhom huma biss madwar tlett’elef Maltin.

Aqra aktar

Ir-Reġina Eliżabetta bi premju għall-istudent Malti Eman Borg

L-istudent tal-MCAST, Eman Borg se jkun qed jingħata premju ta’ rikonoxximent mir-Reġina Eliżabetta għal proġett li għamel bit-titlu ta’ Human Rights Proposal Paper on Gozo. Dan l-istudent kien qed isegwi kors ta’ Diploma f’livell avvanzat fil-Marketing u se jkun qed jirċievi il-Queen’s Young Leaders Award.

Aqra aktar

Issa b’app li tgħinek timmaniġġja l-iskart

‘Don’t Waste Waste’. Mobile app li ġiet imnedija bħala parti mill-kampanja tal-immaniġġjar tal-iskart.

Il-kampanja edukattiva u din il-mobile app se jkunu qed ikomplu jgħinu biex jitwassal il-messaġġ dwar l-immaniġġjar tal-iskart u titqajjem kuxjenza biex innaqsu l-iskart u biex dan jiġi rriċiklat.

Aqra aktar

Awguri lil 877 student tal-MCAST!

877 student iggradwaw mill-MCAST wara li lestew b’suċċess studji f’livell ta’ diplomi avvanzati.

B’kollox saru tmien ċerimonji ta’ gradwazzjoni fil-kamus ewlieni ta’ Raħal Ġdid. It-Technical College tal-MCAST ra tkabbir sostanzjali mill-aħħar sena akkademika, tant li hemm 2,726 student bħalissa li qed jattendi wieħed mill-51 programm ta’ diploma avvanzata fl-entitajiet kollha tal-MCAST.

Żdiedu wkoll numru ta’ programmi innovattivi, f’suġġetti bħat-tekonloġija fl-ikel, il-wirt kulturali u l-arti performattiva.

Aqra aktar

Studenti bl-opportunità li jiksbu diploma waqt is-sekondarja

Proġett li jippreżenta l-kunċett ta’ MCAST Partner School, se jkun qed jagħti lok li permezz tiegħu l-Kulleġġ San Benedittu se jidħol f’kollaborazzjoni mal-MCAST sabiex jipprovdi programmi ġodda ta’ VET (Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali) lill-istudenti tal-iskola sekondarja fil-qasam tal-Inġinerija u/jew tat-Teknoloġija.

S’issa l-programmi tal-VET, fl-iskejjel kienu jwasslu biss għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ĊES maħruġ mill-Università ta’ Malta. Din se tkun iċ-ċavetta li tintroduċi iktar VET modules fl-iskejjel sekondarji. Dawk l-istudenti li jtemmu b’suċċess dawn il-modules, se jingħataw akkreditazzjoni ta’ Diploma f’livell 3 maħruġ mill-MCAST qabel ma jtemmu l-edukazzjoni obbligitarja. Dan bl-intenzjoni li eventwalment, dan l-inpenn jinfirexx fuq livell nazzjonali.

Aqra aktar

Send this to a friend