MCAST – Page 5 – One News

Notifiki

Aktar opportunitajiet għal min irid jistudja part-time

Studenti li se jkunu qed jagħżlu biex ikomplu jistudjaw permezz tal-Kulleġġ tal-MCAST fuq bażi part-time issa se jkollhom aktar għażla vasta hekk kif illum tnedew ‘il fuq minn 300 kors part-time.

Dawn il-korsijiet se jkunu qed ivarjaw minn korsijiet ta’ passatemp u jibqgħu tilgħin għal korisjiet f’livell ta’ baċċellerat kif ukoll Masters u Diploma.

Wara s-suċċess ta’ introduzzjoni f’kors li jwassal għal Masters is-sena li għaddiet, din is-sena tnedew żewġ korsijiet oħra li jwasslu għas-7 livell fl-iskala edukattiva.

Aqra aktar

Proġetti impressjonanti mill-istudenti tal-MCAST

Kollox beda minn hawnhekk. It all starts here.

Dan it-titlu tal-festival tal-istudenti tal-Kulleġġ Malti għall-arti , xjenza u t-teknoloġija, li tliet snin ilu bdew jistudjaw oqsma differenti tal-media f’dan il-kulleġġ.

Tliet snin wara, b’dak li kisbu mit-tagħlim, wettqu proġetti innovativi bl-użu tat-teknoloġija. Proġetti li ħadmu fuqhom bħala parti mit-teżi sabiex fix-xhur li ġejjin iwettqu l-ħolma tagħhom u jiggradwaw.

Wieħed minn dawn il-proġetti huwa l-ħolqien u l-esplorazzjoni ta’ ambjent virtwali. Aktar minn hekk, permezz tal-virtual reality headset – individwu jista jkun l-protagonist ta’ din ir-realtà. Thomas Abela student tal-media interattiva u graphic design spjegalna aktar dwar il-proġett tiegħu.

Aqra aktar

Studenti tal-MCAST jesebixxu l-bidu tal-karriera tagħhom

L-Institut għall-Arti Kreattiva ilha torganizza esebizzjoni fl-aħħar tas-sena għal dawn l-aħħar tminstax–il sena. F’dawn l-aħħar sentejn, dan l-avveniment kulturali ħa żvolta ġdida u nbidel fi festival, fejn l-Institut jiġi mibdul f’villaġġ artistiku. Il-festival huwa wirja tal-aqwa xogħlijiet tal-istudenti tad-dipartimenti kollha tagħna. F’kull serata jkun hemm aċċenn għal dipartiment partikolari fejn isiru għadd ta’ attivitajiet ta’ natura interattiva li permezz tagħhom jinfetaħ djalogu bejn l-istudenti, il-professjonisti, l-industrija u l-għalliema.

Aqra aktar

Vetrina ta’ esperjenzi u iktar għal min iżur l-MCAST fi tmiem il-ġimgħa

L-MCAST ‘Open Days’ hija attività li ser tinzamm fuq erbat ijiem bil-għan li toffri lill-viżitaturi vetrina ta’ esperjenzi tal-programmi ta’ studju.  Din ser tkun  fl-Students’  House ġewwa l-MCAST, Raħal Ġdid, bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju u t-Tlieta 4 ta’ Lulju.

Studenti, għalliema, ‘career advisers’, ‘support staff’ kif ukoll diversi oqsma tal-industrija ser ikunu miġbura taħt saqaf wieħed sabiex jgħinu lill-viżitaturi jiskopru aspetti differenti relatati ma’ korsijiet kemm ‘full-time’ u ‘part-time’ kif ukoll dwar servizzi ta’ support għall-istudenti ġewwa l-MCAST u tagħrif dwar opportunitajiet ta’ karrieri u impiegi.

Aqra aktar

Ċerimonja ta’ ċertifikati fl-MCAST

Studenti tal-MCAST ingħaqdu flimkien fi gruppi biex jiffurmaw prodott finali ta’ livell li jkun kapaċi jinfiltra fis-suq. Fost l-iktar studenti sodisfatti kien hemm dawk li ngħataw premju ghax l-proġett tagħhom intgħażel bħala l-aqwa wieħed fost għexieren ta’ proġetti.

Kompetizzjoni li ffukat fuq bosta oqsma, ewlenija fosthom it-teknoloġija informatika, l-arti kreattiva, x-xjenza, il-midja u l- immaniġjar tan-negozju.
Aqra aktar

L-MCAST u l-Iskola Nazzjonali għall-Isport se jkunu qed jikkollaboraw

Il-Kulleġġ MCAST flimkien mal-Iskola Nazzjonali għall-Isport iffirmaw ftehim kollaborattiv li se jkun qed isaħħaħ ir-relazzjoni eżistenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet edukattivi għall-aħjar tal-istudenti. Dan il-Memorandum of Understanding ġie ffirmat fil-Ministeru għall-Edukazzjoni fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.

Aqra aktar

Se jissaħħaħ iktar l-apprentistat

Il-proposta li studenti apprentisti jitħallsu minn tal-inqas il-paga minima ġabet reazzjoni pożittiva fl-MCAST fejn huma ħafna l-istudenti li jkollhom l-apprentistat bħala parti mill-kors tagħhom.

Fil-fatt, figuri uffiċjali juru li dis-sena hemm elf u disgħa u sittin student apprentist.

Silvio Debono, il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Mcast, irrimarka kif il-proposta mħabbra mill-Prim Ministru Joseph Muscat se twassal biex l-edukazzjoni vokazzjonali verament tingħaqad mal-industrija.

Aqra aktar

Send this to a friend