MCAST – Page 4 – One News

Notifiki

Aċċess għaċ-ċertifikati akkademiċi permezz ta’ app

Il-Gvern nieda application ġdida bl-isem ta’ Blockcerts li ser tagħti l-faċilità lill-istudenti li permezz ta’ blockchain jaċċessaw iċ-ċertifikati akkademiċi kollha li jkunu kisbu matul il-vjaġġ akkademiku tagħhom.

Din l-application ser tkun qed tagħti ċ-ċans lill-istudenti tal-MCAST u tal-ITS li jkollhom aċċess għaċ-ċertifikati tagħhom minn fuq il-mobile tagħhom biex ikunu jistgħu jipreżentawhom b’mod sempliċi meta japplikaw għal-impjieg. Tagħti wkoll iċ-ċans lill-min iħaddem biex jivverifika l-validita taċ-ċertifikati preżentati quddiemu.

Aqra aktar

ARA: Approvata binja ġdida fl-MCAST

L-Awtorità tal-Ippjannar approvat il-binja l-ġdida tal-MCAST f’ Raħal Ġdid, liema binja ser tkun qed tintuża bħala Istitut għall-Informazzjoni Teknoloġika u l-Kommunikazzjoni.

Din il-binja ser tkun kbira3,420 metru kwadru filwaqt li biż-żona tal-madwar din titla’ għal ħdax il-elf u disa mitt metru kwadru.

L-istruttura ser tkun tixbah liċ-Ċentru tar-Riżorsi li diġa hemm mibni fiż-żona.

Dan hekk kif l-attenzjoni qed tingħata lid-disinn kif ukoll il-mobilità tal-istudenti u ta’ dawk li jagħmlu użu mill-kampus.

Il-binja ser tinkludi wkoll ġnien rikreattiv u żona ta’ studju.

L-MCAST u l-MUT jilħqu ‘bażi ta’ ftehim’ fuq pakkett finanzjarju għall-gradi kollha tal-għalliema

Fi stqarrija konġunta l-MCAST u l-MUT ddikjaraw li wara diskussjonijiet intensivi tal-għola livell, intlaħaq bażi ta’ ftehim fuq il-pakkett finanzjarju għall-gradi kollha tal-għalliema.

L-MCAST u l-MUT issa qed jaħdmu biex jaqblu fuq kwistjonijiet pendenti u jiffinalizzaw il-ftehim kollettiv. Iż-żewġ naħat huma kunfidenti li l-ftehim finali se jintlaħaq bil-għan li jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-gradi kollha tal-istaff.

Isma’: Jittella’ b’suċċess l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

L-Għanja tal-Poplu–Zgħażagħ 2018 ittella’ fit-tmiem nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu,  fit-Teatru ta’ San Benedittu ġewwa Ħal Kirkop fejn il-kantanti parteċipanti kellhom bejn il-11 u s-16-il sena.

Il-kanzunetta Dwell interpretata minn Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Dario Bezzina, kienet l-aħjar kanzunetta fil-kategorija minn 13 sa 16-il sena u  rebħet din l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ.

Il-kanzunetta Il-Ħolma kantanta minn Riona Degiorgio fuq kliem ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Dominic Cini kisbet il-premju ta’ l-aħjar kanzunetta interpretata minn kantanta mis-sezzjoni ta’ età minn 11 sa 12-il sena.

Aqra aktar

L-MCAST issejjaħ lill-MUT biex ikomplu t-taħdidiet

Illum daħlu fis-seħħ l-azzjonijiet industrijali fl-MCAST ordnati mill-unjin tal-għalliema l-MUT – hekk kif sa issa għadu ma ntlaħaq ebda qbil dwar il-Ftehim Kollettiv il-ġdid.

Minkejja li sa issa jidher li l-letturi tal-MCAST ser jerġgħu jistrajkaw matul il-jum ta’ għada, it-tmexxija tal-MCAST qed tappella lill-MUT sabiex jersqu ’l quddiem għad-diskussjonijiet.

 

It-tmexxija tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Tekonoloġija l-MCAST appella lill-Unjin tal-Għalliema MUT sabiex tersaq madwar il-mejda ħalli jiġi ffinalizzat il-ftehim kollettiv li ser iwassal għal żidiet fil-pagi.

F’konferenza tal-aħbarijiet, l-MCAST qal li l-proposta tiegħu se twassal biex il-letturi fil-kulleġġ jilħqu mas-salarji tal-Junior College u għal aktar titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Dan l-appell sar fl-istess jum li daħlu fis-seħħ l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-MUT biex il-letturi jistrikjaw għal sagħtejn sħaħ matul il-jum tal-Ħamis u l-Ġimgħa.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-entratura tal-MCAST, il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-Unjin ma laqgħatx il-proposti li sarulha ta’ żidiet fis-salarji għax skont hu se tinħoloq qasma bejn il-letturi akkademiċi u dawk vokazzjonali:

Din hija inaċettabli ghax din hija istituzzjoni vokazzjonali li giet mibnija fuq l-aspetti vokazzjonali li huwa differenti minn l-aspett akkedemiku u l-mcast kien qed jeqred l-aspett vokazzjonali għal dawn l-affarijiet.

B’reazzjoni għal dan, il-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST ċaħad dawn l-akkużi u qal li qed joffri lil-letturi kollha l-aqwa ftehim kollettiv li qatt sar tul dawn l-aħħar sittax-il sena minn kemm ilha li twaqqfet din l-istituzzjoni vokazzjonali.
Fost oħrajn semma li l-proposti jinkldu żieda fis-salarji b’tali mod li jilħqu lil dawk tal-Junior College.

Qal li l-proposti jinkludu wkoll żieda fl-allowances kollha tal-letturi li ser tlaħħaq mal-2,000 ewro.

Iċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST Silvio De Bono saħaq li dawn il-proposti ser jirriżultaw f’qabża sostanzjali fis-salarji:

Ghandna jkollna formola li tapplika għall-mcast u mhux bilfors tkun libsa ikkupjata minn istituzzjoni post sekondarja ohra.

Il-President tal-MCAST qal li waslu ħafna qrib xulxin u appella lill-MUT terġa’ lura fuq il-mejda tan-negozjati biex jagħlqu l-ftehim kollettiv li huwa ta’ benefiċċju ħafna għal-letturi tal-Kulleġġ.

L-MUT b’azzjonijiet industrijali fl-MCAST

L-Unjin tal-Għalliema, l-MUT ordnat azzjonijiet industrijali fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija.

Fi stqarrija, l-MUT ordnat strajk ta’ sagħtejn għall-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej. L-Unjin ordnat ukoll biex mill-Erbgħa li ġej ma jingħataw l-ebda marki tax-xogħol tal-istudenti.

L-MUT qalet li d-direttivi qegħdin isiru wara tliet laqgħat ta’ konċiljazzjoni mat-tmexxija tal-Kulleġġ. Qalet li l-għalliema ta’ din l-istutuzzjoni edukattiva għandhom ikollhom l-istess drittijiet bħal istutuzzjonijiet edukattivi terzjarji oħra.

Reazzjoni min-naħa tal-MCAST

B’reazzjoni, l-MCAST qal li wara li rtira l-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-MUT, se jkompli juri rieda tajba biex jintlaħaq ftehim.

It-tmexxija tal-MCAST qalet li f’kull laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-Unjin ressaq kundizzjonijiet tax-xogħol tajba ħafna għall-edukaturi.

L-MCAST qal li jinsab fiduċjuż li kemm-il darba jkomplu l-laqgħat ta’ konċiljazzjoni madwar il-mejda, ikun jista’ jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat.

 

Opportunita` biex jistudjaw, jitħarrġu u jilgħabu bħala plejers tal-futbol fuq bażi fulltime

L-MFPA estendiet il-kampanja edukattiva tagħha ta’ Life After Football, billi nehdiet l-MFPA Life After Football Scholarship b’kollaborazzjoni mal-ITS u l-MCAST. Din il-borża ta’ studju ser tgħati l-opportunita` lill-benefiċjarji li jattendu korsijiet ġewwa l-MCAST jew l-ITS fuq skeda flessibbli, waqt li jkunu jistgħu jitħarġu full-time mal-klabbs rispettivi tagħhom.

L-MFPA ser tkun il-punt ta’ kuntatt bejn il-benefiċjarji u l-istituzzjonijiet edukattivi sabiex jiġi aċċertat li l-lezzjonijiet u l-eżamijiet ma jaħbtux maliskeda ta’ logħob u taħriġ. L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Plejers ser tkun qed tgħin ukoll lill-benefiċjarji b’għajnuna finanzjarja, billi tħallas it-tariffi tal-korsijiet u tal-eżamijiet, kif ukoll billi tgħatihom allowance annwali.
Dan il-ftehim bejn l-MFPA u l-MCAST u bejn l-MFPA u l-ITS jimmarka okkażżjoni importanti u storika, fejn tlett entitajiet importanti qed jingħaqdu flimkien sabiex jiżguraw li plejers tal-futbol żagħżagħ jingħataw kull opportunita`sabiex jinvestu fil-futur tagħhom. L-Applikazzjonijiet ser ikunu miftuħin minn Mejju 2018. Għal iktar informazzjoni, wieħed
jista’ jikkuntattja l-MFPA fuq [email protected]

IL-Crane u de La Rue joħolqu problema tajba

Il-miġja ta’ Crane Currency u t-tisħiħ ta’ De La Rue f’pajjiżna ħolqu biċċa uġigħ ta’ ras fl-industrija tal-istampar. Fil-gazzetta KullĦadd, nies minn din l-industrija tkellmu-dwar kif kien hemm għexieren ta’ persuni li daru fuq dawn iż-żewġ kumpaniji li jispeċjalizzaw fl-istampar tal-flus. Dan għax joffru kundizzjonijiet mill-aqwa li għas-settur tal-manifattura huma wkoll fost l-iktar b’saħħithom. Fil-fatt jirriżulta li għexieren ta’ nies li kienu jaħdmu fi stamperiji daħlu ma’ dawn il-kumpaniji bl-istamperiji li jipprintjaw kotba u materjal ieħor spiċċaw jitkellmu bejniethom biex ilaħħqu max-xogħol li kellhom ibbukkjat.

Aqra aktar

L-MCAST se tirtira l-azzjonijiet legali – Terġa tistieden lill-MUT fuq il-mejda tad-diskussjonijiet

L-MCAST ikkonfermat li l-Istitut għall-arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija se jkun qed iwaqqa’ l-każ fil-Qorti kontra l-MUT, l-unjin tal-għalliema. L-MCAST reġgħet qalet li hija lesta tiltaqa mal-MUT anki llum stess bil-għan li jkomplu d-diskussjonijiet sabiex ikun jista’ jintlaħaq qbil.

Fl-istqarrija ntqal li dan qed isir b’sens ta’ rieda tajba u fl-interess lejn l-istudenti u l-istaff biex b’mod matur tiġi riżolta l-kwistjoni u jintlaħaq ftehim.Aqra aktar

Send this to a friend