MCAST – Page 3 – One News

Notifiki

ARA: 30 student jgħażlu li jistudjaw fis-settur tal-Gaming

Meta aktar kmieni dan is-sajf ħarġet l-ewwel sejħa għal dawk interessati li jsegwu kors fil-European Gaming Institue of Malta, istitut imwaqqaf b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għalLogħob u l-MCAST, kienu 30 student li nkitbu sabiex jibdew jitħarrġu f ’dan il-qasam.

Aqra aktar

Studenti tal-Inġinerija tal-MCAST se jibdew jingħataw il-warrant

Studenti tal-MCAST li jsegwu l-kors tal-inġinerija ser jibdew jingħataw il-warrant, u b’hekk ikunu liċenzjati sabiex jiffirmaw u jiċċertifikaw proġetti tagħhom.  Dan ġie żvelat mill-Ministri Evarist Bartolo u Ian Borg.

Huma spjegaw kif minn mindu dan il-kors ġie introdott fl-MCAST fl-2009, l-istudenti tal-inġinerija kienu f’limbu għaliex ma setgħux jingħataw warrant – għall-kuntrarju tal-inġiniera mħarrġa fl-Università .

Iċ-Chairman tal-Bord tal-Professjoni tal-Inġienerija fisser dan il-warrant bħala ċ-ċavetta tal-indipendenza għal dawk il-gradwati fl-Inġinerija li ser ikunu liċenzjati f’dan il-qasam:

“Il-warrant ifisser mhux biss l-obbligi ta’ wieħed li issa huwa responsabbli, imma wkoll drittijiet li jista’ jiffirma u allura dawk il-proġetti li jkunu għamlu jkunu jistgħu jiċċertifikawhom bħala persuna, u mhux iridu jmorru għand persuna oħra li huwa inġinier bħalhom u għax l-warrant jista jiffirma”.

Preżentament hemm minn 157 student iggradwat fl-Inġinerija mill-MCAST li ma setgħux jingħataw il-warrant, u li issa permezz ta’ taħriġ għal tal-apposta, ser jikkwalifikaw ukoll għal din il-liċenzja. Aqra aktar

Ġurnalist Amerikan iżur l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta

Richard Lui, ġurnalist Amerikan żar l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta, bl-għan li jkellem lill istudenti tal-medja u l-gurnalizmu, fuq l-impatt tal-istejjer tagħhom.

Lui li għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu iddiskuta ħafna mal-istudenti li qed jistudjaw il-Bacellerat fil-Gurnalizmu, fuq l-isfidi li qed jiffaċċja l-ġurnaliżmu fil-ġurnata tal-lum, fosthom it-thedida ta’ ahbarijiet minn sorsi mhux kredibbli.

Aqra aktar

Send this to a friend