Il-President Taljan Sergio Mattarella ħabbar li nhar it-Tlieta li ġej se jsiru xi laqgħat oħrajn u jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa bil-għan li tirrisolvi ruħha l-kwistjoni politika li għaddejja bħalissa fl-Italja. Aqra aktar

Il-President Taljan Sergio Mattarella ħabbar li nhar it-Tlieta li ġej se jsiru xi laqgħat oħrajn u jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa bil-għan li tirrisolvi ruħha l-kwistjoni politika li għaddejja bħalissa fl-Italja. Aqra aktar
Il-Ministru għall-Intern tal-Italja u Kap tal-Lega Nord, Matteo Salvini, għamel sejħa għall-elezzjoni bikrija fl-Italja. Dan wara li qal li d-differenzi li jeżistu fil-koalizzjoni m’hemmx ċans li jkunu solvuti.
Fl-Italja hemm Gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Lega Nord u l-moviment Cinque Stelle u fl-aħħar xhur beda jidher iktar ċar li Salvini kien qed jieħu triq għalih.
Tul il-jum tal-ġimgħa Salvini insista għal iktar minn darba li l-Italja għandha biss triq waħda, dik ta’ elezzjoni mill-iktar fis. Aqra aktar
Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.
Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.
F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.
Il-Gvern Malti saħaq li Malta dejjem imxiet mal-liġijiet internazzjonali u l-konvenzjonijiet applikabbli dwar il-qasam tal-immigrazzjoni.
Il-bastiment Aquarius mistenni jittrasferixxi wħud mill-immigranti li għandu abbord lil bastimenti oħra Taljani li se jkunu qedgħin jakkompanjawh sad-destinazzjoni tiegħu ġo Valencia fi Spanja. Dan skont pjan li ġie mħejji mill-Awtoritajiet Taljani.Aqra aktar
Send this to a friend