Notifiki

Aġġornat: Bugħaddas jitlef ħajtu fiċ-Ċirkewwa

Bugħaddas ta’ 50 sena u ta’ nazzjonalità Ingliża ġie ċċertifikat mejjet fl-isptar Mater Dei wara li dan ittieħed għall-osservazzjoni wara li sab diffikultà fil-baħar fiċ-Ċirkewwa.

Dan ġara għall-ħabta ta’ 11.45am fejn pulizija mill-għassa tal-Mellieħa kien msejħa fuq il-post.

Jidher li l-Ingliż kien ma’ grupp għaddassa u ttella’ fuq l-art wara li sab diffikultà.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.

3,244 infermier f’Malta bħalissa

F’pajjizna hawn mal-3,244 infermier li jagħtu s-servizz lill-pazjenti u anzjani li jkun qegħdin rikoverati fl-isptar Mater Dei, l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Monte Karmeli, San Vinċenz De Paul, djar tal-anzjani u sptarijiet privati.

Fl-aħħar ħames snin, l-għadd ta’ infermiera fis-settur pubbliku żdied b’525.

Aqra aktar

Sitt persuni l-isptar wara nirien f’Tal-Pietà

Ftit wara l-kwarta ta’ wara nofsinhar ġie rrapurtat nirien f’uffiċċju fi Triq Alfred Craig f’Tal-Pietà.

Minnufih fuq il-post marru numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar li kkontrollaw in-nirien u assistew lill-vittmi l-barra minn gol-bini.

Minħabba d-dħaħen li belgħu sitt persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura neċessarja minn numru ta’ timijiet mediċi li ssejħu fuq il-post.

Ittieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa ta’ sikkina

Sirjan ta’ madwar 30 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa ta’ sikkina għall-ħabta tas-1.00 ta’ filgħodu.

Huwa mifhum li dan ġara waqt ġlieda fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun ma’ grupp ta’ rġiel Libjani.

Il-pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna bid-dmija li kellha bżonn l-assistenza immedjata.

 

Aktar dettalji malli jaslulna.

Talbiet ġodda għall-IVF f’Mater Dei kull ġimgħa

L-importanza u l-popolarità tas-servizz tal-IVF f ’Mater Dei jirriżulta mill-fatt li ta’ kull ġimgħa qed ikun hemm każi ġodda rreġistrati f ’Mater Dei minn ġenituri prospettivi. Huwa mir-rapport annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li dan joħroġ b’mod ċar. Dan ħareġ f’rapport li deher fil-gazzetta Kullħadd.

Fih jingħad ukoll li dan iżid mal-impenn tal-Awtorità li trid tanalizza l-każi ta’ kull xahar għaliex id-deċiżjonijiet jittieħdu mhux bl-ewwel li daħlu, iżda bl-urġenza għat-trattament. Is-sena li għaddiet kien hemm 158 koppja li t-talba tagħhom għat-trattament kienet analizzata mill-kumitat. Fost dawk li għaddew mill-proċeduri kien hemm 62 koppja li kienu ilhom għaddejjin minn esperjenza ta’ infertilità għal għal tliet snin, u 51 koppja li kienu ilhom għaddejjin minn din l-esperjenza għal erba’ snin, filwaqt li jistennew għal sentejn u ħames snin kien hemm 46 koppja f ’kull każ.

Aqra aktar

L-MTA tferraħ ħames entitajiet lokali tal-karità

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal darb’oħra ġabret somma sabiħa sabiex tkun tista’ tipprovdi donazzjonijiet lil ħames organizazzjonijiet tal-karità lokali li kienu: Dar il-Kaptan, il-Fondazzjoni OASI, Pink October, Carer for Stray and Abandoned Felines (CSAF) u s-sala Fairyland fl-Isptar Mater Dei.

Il-fondi għal dan il-ġest inġabru mill-ħaddiema tal-MTA waqt attivitajiet varji li saru tul is-sena, bħal ‘dress down days’ u l-bejgħ ta’ insalati tal-frott, minbarra affarijiet oħra tal-ikel. Saret ukoll attività b’rabta ma’ Pink October, li magħtulha nġabru aktar donazzjonijiet. Dan minbarra lotteriji li permezz tagħhom komplew jiżdiedu l-fondi.

Aqra aktar

Send this to a friend