Notifiki

Rati orħos għall-parkeġġ f’Mater Dei

Fix-xhur li ġejjin il-pubbliku li jżur l-isptar Mater Dei mistenni jibda jħallas tariffi orħos għall-parkeġġ.

Ħabbar dan id-deputat Prim Minitru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament bit-tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Godfrey Farrugia.

Il-Ministru qal li r-rati preżenti li jvarjaw minn tmenin ċenteżmu għal aktar aktar minn erbgħa ewro huma skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f’Jannar tal-elfejn u tmienja.

Dr Fearne qal li skont il-kuntratt rivedut f’Jannar tal-2008, Gvern Nazzjonalista intrabat li mhux talli ma jdaħħal xejn mill-parkeġġ pubbliku tal-isptar, iżda saħansitra jħallas hu lill-kuntrattur għal servizzi u manutenzjoni tal-apparat.

Il-Ministeru għas-Saħħa żied li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jinnegozja kuntratt ġdid għat-tmexxija tal-parkeġġi pubbliċi kollha tal-Isptar Mater Dei.

Fil-fatt, il-Ministru qal li l-kuntratt issa huwa aġġudikat u se jiżgura li l-kuntrattur ikun responsabbli mit-tmexxija kollha tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni tal-apparat relatat, kif ukoll jiżgura li l-Gvern ma joħroġx flus anzi jdaħħal il-flus permezz ta’ dan l-arranġament.

Fl-istess waqt il-kuntratt il-ġdid se jiggarantixxi rati orћos ta’ parkeġġ għal pubbliku.

 

Aġġornat: Bugħaddas jitlef ħajtu fiċ-Ċirkewwa

Bugħaddas ta’ 50 sena u ta’ nazzjonalità Ingliża ġie ċċertifikat mejjet fl-isptar Mater Dei wara li dan ittieħed għall-osservazzjoni wara li sab diffikultà fil-baħar fiċ-Ċirkewwa.

Dan ġara għall-ħabta ta’ 11.45am fejn pulizija mill-għassa tal-Mellieħa kien msejħa fuq il-post.

Jidher li l-Ingliż kien ma’ grupp għaddassa u ttella’ fuq l-art wara li sab diffikultà.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.

3,244 infermier f’Malta bħalissa

F’pajjizna hawn mal-3,244 infermier li jagħtu s-servizz lill-pazjenti u anzjani li jkun qegħdin rikoverati fl-isptar Mater Dei, l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Monte Karmeli, San Vinċenz De Paul, djar tal-anzjani u sptarijiet privati.

Fl-aħħar ħames snin, l-għadd ta’ infermiera fis-settur pubbliku żdied b’525.

Aqra aktar

Sitt persuni l-isptar wara nirien f’Tal-Pietà

Ftit wara l-kwarta ta’ wara nofsinhar ġie rrapurtat nirien f’uffiċċju fi Triq Alfred Craig f’Tal-Pietà.

Minnufih fuq il-post marru numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar li kkontrollaw in-nirien u assistew lill-vittmi l-barra minn gol-bini.

Minħabba d-dħaħen li belgħu sitt persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura neċessarja minn numru ta’ timijiet mediċi li ssejħu fuq il-post.

Send this to a friend