Iweġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur u tkaxkar f’siġra

Ungeriż ta’ 31 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Ġimgħa filgħaxija kien involut f’inċident b’mutur f’Tal Pietà.

Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija spjega li l-inċident seħħ fis-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru, rriżulta li l-Ungeriż ta’ 31 sena u residenti San Ġwann, kien qiegħed isuq mutur tat-tip Benelli meta tilef il-kontroll u waqa’. Il-mutur u x-xufier baqgħu jitkaxkru sakemm ħabtu ma’ siġra.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Il-PM jinawgura magna ġdida tal-MRI fl-isptar Mater Dei

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, inawgura magna ġdida tal-MRI fl-Isptar Mater Dei b’investiment ta’ tlieta punt ħames miljun ewro.Aqra aktar

Send this to a friend