Notifiki

Tweġġa’ wara li ntlaqtet minn taxi

Mara Ingliża intlaqtet minn taxi fi Triq Gianpula, limiti tar-Rabat. Kien għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra ta’ dalgħodu li l-Pulizija kienu nfurmati li kien seħħ dan l-inċident tat-traffiku. Aqra aktar

Il-Gvern jiffirma l-ftehim ta’ €210 miljun fil-qasam tas-saħħa 

  • Il-ftehim se jkun ippubbikat fil-Parlament

Il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Vitals Global Healthcare, li se jassigura €210 miljun investiment fil-qasam tas-saħħa bi sħubija bejn il-Gvern u l-privat, kien iffirmat fl-aħħar xhur fi stadji differenti.

Dan wara sensiela ta’ negozjati bejn il-gvern Malti, rappreżentat minn Projects Malta, l-awtoritajiet tas-saħħa u l-konsorzju privat.

Aqra aktar

Kont tonfoq kemm trid, iħallas Mater Dei

Meta fl-2013, il-Partit Laburista tela’ fil-Gvern kien sab sitwazzjoni mwiegħra fl-accounts ta’ Mater Dei, tant li fis-sena 2012, ma sarux financial statements.

Dan żvelaħ il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, ilbieraħ fil-Parlament. “Mater Dei hija intrapriża kbira li ta’ kull sena jkollha nefqa ta’ kwart ta’ biljun, iżda l-Partit Nazzjonalista la kien għamel financial statements  fl-2012 u lanqas kellhom accounting  policy għal dan l-isptar” qal il-Ministru.

Aqra aktar

CT scanner ġdida – aktar pazjenti jinqdew

Fl-isptar Mater Dei il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar sala ġdid li fiha se tkun qed titħaddem CT scanner ġdida li tiswa maż-żewġ miljun ewro.

Din il-magna hija l-aktar waħda moderna fis-suq u se tkun qed twassal għal vantaġġi kbar, fost oħrajn billi jinkisbu dettalji dwar l-arterji tal-qalb u billi tgħin fit-trattament ta’ mard bħal kanċer.

Aqra aktar

F’dagħdigħa biex tikkritika, Claudette kritikat lilha nfihsa

Buttigieg kienet mill-aktar negattiva fil-qasam tas-saħħa f’intervent li għamlet il-bieraħ waqt attività politika tal-PN. 

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa nnota li Buttigieg selmet lil omm għax bintha kienet għal kura f’sala fis-sular minus one ta’ Mater Dei. Din hija waħda mis-swali li nfetħet fl-2011 fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta Buttigieg kienet taħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa. Għalhekk Buttigieg spiċċat tikkritika lilha nnfisha.

“Ġojjell li wiret dan il-Gvern minn ta’ qablu” – b’dan il-mod ix-shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg iddeskriviet l-Isptar Mater Dei, minkejja l-problemi strutturali kbar li għalih il-poplu ser ikollu jħallas €150 milijun.

Aqra aktar

L-operazzjonijiet se jibdew isiru wkoll fil-Ħdud

Minn dan ix-xahar fl-isptar Mater Dei bdew isiru l-operazzjonijiet kull nhar ta’ Ħadd.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli tnaqqas il-waiting lists kemm fl-operazzjonijiet ippjanati kif ukoll dawk ta’ emerġenza. S’issa saru medja ta’ tletin operazzjoni kull nhar ta’ Ħadd.

Aqra aktar

Lejn inqas stennija għall-operazzjonijiet

Pazjenti li jaqbżu ċertu ammont ta’ stennija għal kura medika partikolari fl-isptar pubbliku, jingħataw trattament privat mingħajr ħlas.

Dan qed ikun propost f’patient charter li tnieda t-Tnejn filgħodu u li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Dan huwa dokument ta’ konsultazzjoni strutturat fuq tmien prinċipji biex jinftiehmu aħjar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-pazjenti.

Aqra aktar

Send this to a friend