Notifiki

‘Fake news’ OĦRA dwar Mater Dei – TNEJN F’ĠURNATA

Fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li hemm aħbar oħra falza tiċċirkola dwar Mater Dei, din id-darba li Ivan Falzon, il-Kap Eżekuttiv, irriżenja. 
Fi kliem il-Ministru, “hawn xi ħadd qed jieħu pjaċir jidħaq bi Claudette Buttigieg u din toħroġ tippubblikahom. Imma dan disservizz lill-pazjent”. Żied jgħid li diġà ħarġu żewġ aħbarijiet foloz f’ġurnata.

‘Fake news’ mill-Oppożizzjoni biex tallarma…l-ebda każ ta’ H1N1 f’Mater Dei

Kuntrarju għal dak li ġie rrappurtat bi prominenza fil-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, In-Nazzjon tal-lum, f’dawn l-aħħar tliet xhur ma kien hemm l-ebda każ ta’ influwenza H1N1 fl-Isptar Mater Dei.

Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa.

Minn Ottubru sal-lum, fl-Isptar Mater Dei kien hemm 110 każi ta’ influwenza li ġew konfermati minn testijiet fil-laboratorju. F’kull każ instab li l-influwenza kienet tat-tip H3, u ma nstab l-ebda pazjent li kellu l-virus tal-influwenza H1 minn Ottubru sal-lum.

 Il-fake news li ħarġet biha dalgħodu In-Nazzjon mhi xejn għajr allarm fil-vojt fejn mhux loku.

Aqra aktar

L-isptar Karin Grech qed jilqa’ dawk li mardu minħabba t-temp kiesaħ

L-isptar Karin Grech qed jaħdem id f’id mal-Ministeru għas-Saħħa u unjins biex titnaqqas il-pressjoni minn fuq Mater Dei u pazjenti li għandhom mard serju kawża ta’ dan it-temp kiesaħ isibu post hemm.

Vitals Global Healthcare qal dan fi stqarrija, fejn Dr Stephen Zammit, kap eżekuttiv, spjega kemm huwa importanti li l-partijiet kollha jaħdmu id f’id f’dawn iċ-ċirkostanzi ‘straordinarji’.

Spjega li minkejja l-bżonn qawwi ta’ titjib infrastrutturali, il-livell ta’ kura f’Karin Grech huwa ta’ livell għoli ħafna, u l-investiment tal-Vitals f’din l-infrastruttura, ir-riżorsa umana u s-sistema tal-IT qed tkun ta’ nifs ġdid għal dan l-isptar.

 

 

Allarm falz fl-isptar Mater Dei…litteralment!

Persuni li ċemplulna mill-Isptar Mater Dei talbuna nindagaw jekk kinitx ġrat xi ħaġa, peress li bdiet iddoqq is-sistema tal-allarm li tindika każ ta’ nirien.

Iżda jirriżulta biss li kien allarm falz. Fl-isptar qed isir xogħol ta’ manutenzjoni, u bħala parti minn dan ix-xogħol, intuża chaser. Apparat li tajjar it-trab, li spiċċa fl-inġenju li jagħraf meta jkun hemm nirien, b’konsegwenza li beda’ jqoff l-allarm.

Is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal wara ftit, imma mhux mingħajr ħafna domandi ta’ seta’ ġara.

 

Tiżdied b’7% l-attività fl-Outpatient f’Novembru

Matul ix-xahar ta’ Novembru fl-Isptar Mater Dei kien hemm żieda ta’ 7% fl-attività fid-Dipartiment tal-Outpatient, meta mqabbla ma’ Novembru ta’ sena ilu.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li waħda mill-akbar żidied fid-Dipartiment tal-Outpatient kienet fil-każijiet il-ġodda fejn minn 6,352 każ ġdid f’Novembru 2015, fix-xahar li għadda kien hemm 7,703 każ ġdid irrekordjat fl-Outpatient.

Kien hemm ukoll żieda sostanzjali fin-numru ta’ follow-ups, fejn f’Novembru 2015 kienu saru 17,386 follow-up filwaqt li x-xahar li għadda saru 18,430.

Aqra aktar

Hemm żewġ embrijuni friżati f’Mater Dei

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ilbieraħ żvela fil-Parlament li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ embrijuni ffriżati wara li l-omm spiċċat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Meta kien qed jagħlaq id-dibattitu dwar l-estimi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta’ Embrijuni, il-Ministru Fearne deher li kien qed jirreferi għal kritika li għamel aktar qabel il-whip tgal-gvern Godfrey Farrugia li wissa lkill-membri parlamentari biex ma jkunux “kompliċi f’delitt” kemm-il darba jbiddlu l-liġi biex ikunu jistgħu jiġu ffriżati l-embrijuni għax dawk li ma jintużawx jispiċċaw jinqatlu.

Il-Ministru Fearne staqsa x’kien jiġri kieku l-omm mietet. Huwa tenna li din ukoll hija problema u qal li “rridu naraw kif insibu s-soluzzjonijiet għalihom”.

Aqra aktar

Send this to a friend