Notifiki

ŻEWĠ EMBRIJUNI FFRIŻATI F’MATER DEI

  • ŻIEDA FL-IRĠIEL LI JAĦŻNU L-ISPERMA

F’Mater Dei hemm żewġ embrijuni ffriżati. Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun ippubblikat fl-aħħar jiem.

F’Malta il-permess tal-iffriżar tal-embrijuni jirriżulta mil-liġi li taċċetta li jsir dan biss f’każi eċċezzjonali li ma jkunux previsti fil-mument tal-fertilizzazzjoni.

Jirriżulta li sa issa kien hemm talba waħda fejn l-esperti mediċi ħassew li l-proċess ma setax jibqa’ għaddej minħabba marda li ħakmet lill-omm. F’każ bħal dan ikun mistenni li l-proċess jissokta jekk kemm-il darba l-konsulenti mediċi jgħidu li l-omm tkun tiflaħ għat-tqala.

Aqra aktar

“Grazzi tal-appoġġ, ninsab tajjeb” – Chris Agius

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius kellu kliem ta’ ringrazzjament għall-appoġġ u l-għajnuna li rċieva wara li dalgħodu safa mtajjar minn karozza.

L-inċident seħħ fit-tmienja ta’ dalgħodu meta kien qed jaqsam it-triq minn fuq zebra crossing.

Spjegalna li f’Mater Dei sarlu intervent mediku f’saqajh wara li t-tobba sabu li kien qed isofri minn ksur.

Agius temm jgħidlina li se jkun qed “Inħares ‘il quddiem biex nirritornaw inkomplu l-ħidma,”

Aqra aktar

Sistema elettronika ġdida fl-isptar Mater Dei

Fl-isptar Mater Dei fl-aħħar jiem ġiet introdotta sistema elettronika ta’ fejn jinżammu l-apparat għall-operazzjonijiet. Din is-sistema se tkun qed iżżid fl-effiċjenza tal-isptar Mater Dei kif ukoll tiggarantixxi li ma jkunx hemm ħela.

Aqra aktar

REKORD fl-ammont ta’ operazzjonijet f’Mater Dei; TNAQQIS DRASTIKU fil-waiting lists

Fl-2016 saru 64,000 operazzjoni f’Malta u Għawdex. Dan huwa rekord ġdid fil-qasam tas-saħħa hekk kif fl-2015 saru 60,000 operazzjoni.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-isptar Mater Dei. Ir-rekord intlaħaq hekk kif ir-riżorsi bdew ikunu wżati aħjar, fosthom bl-użu itwal tat-teatri, inkluz fil-Ħdud. Filfatt fl-2016 saru 1,700 operazzjoni nhar ta’ Ħadd.
Barra minn hekk, il-Ministru Fearne qal li minn lista’ ta’ stennija ta’ 27,000, niżlet għal 14,000.

MATER DEI – setgħet saret ħsara f’inkubatur tal-embrijuni

  • Maħtur inkjesta indipendenti

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li aktar kmieni llum ġie mgħarraf bil-possibilità li żviluppat ħsara teknika temporanja f’inkubatur li fih kien hemm embrijuni lesti biex jiġu impjantati fl-ommijiet bħala parti mill-proċess tal-IVF, il-Ministru għas-Saħħa ta’ struzzjonijiet sabiex tissejjaħ inkjesta independenti biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha. Aqra aktar

Send this to a friend