Notifiki

Ġrieħi gravi wara inċident ħdejn Mater Dei

 

Illum, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu (0630hrs), il-Pulizija tad-Distrett ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fl-inħawi ta’ l-isptar Mater Dei, l-Msida.

Ingliż ta’ 45 sena li jirrisjedi s-Swatar ġie milqut minn vettura tat-tip Tata misjuqa minn raġel ta’ 50 sena li jirrisjedi Birżebbuġa.

Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post biex tieħu lir-raġel ta’ 45 sena l-Isptar Mater Dei.  Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi .

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi

Għall-ħabta ta’ nofsilejl dan il-lejl, seħħ inċident fi Triq il-Ħaddiem, Marsa. Raġel ta’ 32 sena, mill-Ungerija li jirrisjedi Birkirkara, tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu Honda CB600 u nqaleb. F’Mater Dei ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

 

Ġuvni ta’ 27 jibqa’ dieħel bil-karozza f’arblu tad-dawl

Ġuvni ta’ 27 sena, li jirrisjedi ġewwa Santa Luċija, tilef il-kontrol tal-vettura tiegħu Honda Civic u daħal ġo arblu tad-dawl, fi Triq Diċembru 13, l-Marsa.

Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post biex tieħu lill-ġuvni l-isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

95% INQAS JISTENNEW OPERAZZJONI

Il-lista ta’ stennija fost pazjenti li kienu ilhom jistennew operazzjoni għal aktar minn sena u nofs naqset b’ 95%. Fadal biss 1,000 pazjent fost dawk li ilhom jistennew aktar minn sena u nofs għal operazzjoni. Ħabbar dan il-Ministru Chris Fearne meta żar id-dipartiment li fih isiru l-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei.

Aqra aktar

Żieda fl-istudenti tal-mediċina

Fl-aħħar sitt snin l-istudenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta żdiedu b’mod konsiderevoli. Ta kontribut kbir ukoll lejn din iż-żieda l-ammont ta’ studenti barranin. F’din is-sena skolastika hemm 808 studenti tal-mediċina meta fis-sena skolastika 2010/2011 kien hemm 488 student.

Sitt snin ilu kien hemm 25 student tal-mediċina fl-Università ta’ Malta li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Illum hemm 154. Filwaqt li sitt snin ilu kien hemm 44 student barra l-Unjoni Ewropea, is-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 86.

L-istudenti Maltin żdiedu minn 419 għal 568.

Dawn in-numri juru li pajjiżna jista’ jkun suq importanti għall-edukazzjoni medika u għalhekk kienet importanti l-miġja tal-iskola medika ta’ Barts li l-bini tagħha f’Għawdex beda u li iktar tard din is-sena mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha.

Send this to a friend