massakru – One News

Notifiki

Qed jistudjaw biex iwaqqfu trakkijiet li jkunu qed jinstaqu

Dak li qed jissejjaħ ‘kill switch’ qed ikun żviluppat fir-Renju Unit, bit-tama li attakki simili għal dawk li seħħew f’Nizza u f’Berlin ma jerġgħux jirrepetu rwieħhom.

Rapporti fil-mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li ħaddiema tal-intern qed jeżaminaw mezz kif trakkijiet kbar ikunu mwaqqfa milli jkompli jaħdmu. Dan għaliex l-awtoritajiet Ingliżi qed jibżgħu li l-attakki li provaw jagħmlu l-Istat Iżlamiku jkunu ripetuti fir-Renju Unit. L-attakk fi Franza u fil-Ġermanja ħallew għexieren mejta.

Aqra aktar

INVOLUTI WKOLL – arrestat in-neputi tal-qattiel ta’ Berlin u żewġ żgħażagħ oħra

Il-forzi tas-sigurta Tuneżini arrestaw lin-neputi tal-qattiel fis-suq tal-Milied f’Berlin flimkien ma’ żewġ suspettati oħra. Il-ministeru tal-intern Tuneżin qal li t-tliet persuni li għandhom bejn 18 u 27 sena kienu membri ta’ xibka ta’ terroristi u kienu arrestati l-Ġimgħa li għadda.

Il-Ministeru ddikjara li n-neputi tal-qattiel stqarr li kkomunika ma’ zijuh permezz ta’ Telegram. In-neputi żied jgħid ukoll li huwa kien jappoġġja lill-grupp tal-Istat Islamiku. Intant, il-Ġimgħa, l-Istat Islamiku ħareġ vidjow li juri lill-qattiel, Amri juri lealtà lill-mexxej tiegħu Abu Bakr al-Baghdadi.

Send this to a friend