maskri – One News

Notifiki

L-attivitajiet tal-massa projbiti, multa ta’ €50 jekk ma tilbisx maskra u żewġ ċentri oħra għall-ittestjar

Wara laqgħa bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, il-Prim Ministru Robert Abela qal li ntlaħaq qbil fuq ħafna punti diskussi dwar is-sitwazzjoni attwali marbuta mal-imxija. Qal li l-attivitajiet tal-massa mhux se jsiru iżda t-tiġijiet biss jistgħu jsiru. Hija l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM li għadha mhux taqbel dwar it-tiġijiet.

F’kummenti li ta lil midja fi tmiem laqgħa ta’ madwar sitt sigħat mal-MCESD f’Kastilja, il-Prim Ministru Abela qal li wara din il-laqgħa ntlaħaq bilanċ permezz ta’ miżuri li jissalvagwardjaw saħħet il-poplu iżda anki jħarsu l-kwalità ta’ ħajjet in-nies.

Intant tat ukoll kummenti, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. Hija spjegat kif il-ġimgħa d-dieħla se jiftħu żewġ ċentri ġodda għall-ittestjar tal-COVID-19 biex l-awtoritajiet tas-saħħa jlaħħqu mad-domanda tal-ittestjar għall-virus.

Wara l-laqgħa mal-imsieħba soċjali, il-Professur Gauci qalet li l-ilbies tal-maskri se jkun wieħed obbligatorju f’ċertu postijiet fosthom fuq il-karozzi tal-linja, fil-ħwienet u fuq il-vapur t’Għawdex. Qalet li se jkun qed isir infurzar biex jiġi assigurat l-ilbies tal-maskri f’postijiet fejn hemm tendenza li jinġemgħu n-nies u għalhekk dawk il-persuni li jinqabdu mingħajr maskra f’uħud minn dawn il-postijiet jeħlu multa ta’ €50.

Hija qalet li dawn l-emendi fil-liġi se jidħlu fis-seħħ mill-jum tal-Ġimgħa u spjegat kif se jkun hemm ċertu kriterji għal anki attivitajiet mhux tal-massa, fosthom limitu ta’ kemm jattendu nies f’attivitajiet ġewwa jew barra. Hija reġgħet semmiet il-kwarantina għal kull min huwa infettat bil-virus u anki ċertu miżuri għall-viżitaturi ta’ nies fl-isptar jew fi djar tal-anzjani.

Fil-fatt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li n-nies se jkunu jistgħu jibqgħu jżuru l-anzjani iżda minn wara l-perspex biex jiġi evitat il-kuntatt fiżiku ma’ nies meqjusa vulnerabbli. Intant wara l-laqgħa tal-MCESD, il-President tal-MAM, Dr. Martin Balzan ikkonferma li d-direttivi industrijali li mponiet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija se jibqgħu fis-seħħ.

Jitqassmu maskri b’xejn fil-Kalkara

Hekk kif ftit tal-jiem ilu, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju f’ċertu postijiet, is-Sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina ħa l-inizjattiva sabiex fil-Kalkara jitqassmu maskri tad-drapp b’xejn. Aqra aktar

ARA: Jagħtu ħinhom biex jipproteġu lin-nies mill-imxija

Bosta voluntiera qed jagħtu daqqa t’id sabiex jinħadmu maskri tad-drapp għal poplu Malti u Għawdxi dan sabiex il-komunitajiet iżommu ruħhom siguri matul il-pandemija tal-COVID-19. Aqra aktar

ARA: Flok armar tal-festi jagħmlu l-maskri minħabba l-Coronavirus

Wara snin iħit l-armar tal-festa issa spiċċa iħit il-maskri li se jkunu qed jitqassmu għall-pubbliku b’xejn. Dan hekk kif id-dilettanti tal-festa tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel f’Ħaż-Żabbar qed iħitu ammont ta’ maskri sabiex jitqassmu liż-Żabbarin waqt l-imxija tal-Coronavirus. Il-każin beda jqassam xi mkatar tal-festa li jistgħu jintlibsu bħala maskra u d-domanda kienet kbira ħafna. Aqra aktar

Il-VAT fuq il-maskri huwa ta’ 5% flok 18%


Il-Gvern iddeċieda li l-VAT fuq ilbies protettiv jonqos minn 18% għal 5%.

Ħabbar dan il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta Parlamentari tal-Erbgħa filgħaxija.  Aqra aktar

Send this to a friend