martu – One News

Notifiki

Jintbagħat il-ħabs wara li segwa u “hedded” lil martu

Ahmad Yassine, Libjan ta’ 38 sena li ilu jgħix Malta mindu kellu erba’ snin, kien ikkundannat sitt xhur ħabs u mmultat €2,300 wara li nstab ħati li kiser ordni ta’ protezzjoni li ħareġ il-qorti fil-konfront ta’ martu u l-erba’ wliedha .

Il-każ seħħ f’Novembru ta’ sentejn ilu fil-Belt meta mart l-imputat ħarġet mill-qorti u kienet sejra fi triqitha lura f’xelter fejn qiegħda kienet qed tgħix ma’ wliedha. Ingħad li hawn ir-raġel beda jsegwi l-passi tagħha u għaddilha kumment li ħassitu bħala theddida.Aqra aktar

Send this to a friend