Marthese Portelli – One News

Notifiki

Marthese tkompli żżid ma’ li qalet

Ix-shadow Minister Marthese Portelli għadha kemm qalet li l-qalba għall-gass għall-enerġija mhu se tfisser xejn għal poplu Malti u Għawdxi.

Ftit tal-ħin wara qalet li din il-bidla storika f’pajjiżna kienet imsejsa fuq il-pjanijiet tal-enerġija tal-Partit Nazzjonalista.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet Marthese Portelli, li hi responsabbli mill-enerġija f’isem il-PN, kompliet iżżid ma li diġà qalet, ċioe li t-tariffi tad-dawl u l-ilma mhux vera raħsu, anzi għolew. 

Aqra aktar

ARA L-FILMAT: meta kisba nazzjonali tinżel velenu

Eżatt wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat tefa l-magni li kienu qed iħaddmu l-power station li taħdem bil-heavy fuel oil, is-shadow minister għall-enerġija Marthese Portelli kienet fuq NET TV.

Hemm tkellmet fuq it-tariffi tal-enerġija u qalet il-kontra ta’ dak li qed jesperjenzaw bħala fatt familja Maltija u Għawdxija u kull sid ta’ negozju.

Aqra aktar

Wara l-konferenza ta’ Marthese Portelli “evidenti l-inkompetenza tal-PN fl-enerġija”

Wara konferenza tal-aħbarijiet inidirizzata mix-shadow minister għall-enerġija Marthese Portelli, il-Partit Laburista fi stqarrija qal li bil-politika li qed jimbotta ‘l quddiem il-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil, hemm garanzija li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jgħollew. Dan, osserva l-Partit Laburist, kien ikkonfermat mill-kelliema ta’ Busuttil, Marthese Portelli f’konferenza tal-aħbarijiet.

Fi kliem il-Partit Laburista, “hija evidenti l-inkompetenza tal-PN fil-qasam tal-enerġija, liema politika kienet swiet mijiet ta’ miljuni lill-familji u n-negozji f’pajjiżna, u minkejja dan jidher ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid ireġġa’ l-arloġġ lura”.

Aqra aktar

Ebda garanzija li ma jżidux il-prezz tad-dawl

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista, Marthese Portelli, ma tat ebda garanzija li bi Gvern Nazzjonalista ma jkunx hemm żieda fil-prezzijiet tal-elettriku. Waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-prezzijiet tal-fuel, Marthese Portelli kienet iffaċjata bil-fatt li pajjiżi oħra qed iżidu l-prezz tal-elettriku, iżda Malta le.

Hawn qalet li “l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma f’Malta huma grazzi għall-politika tal-Partit Nazzjonalista.”

Aqra aktar

Il-PN irid kollox bħal qabel

Id-Deputat nazzjonalista Marthese Portelli ikkonfermat li l-partit nazzjonalista se jreġġa’ l-arloġġ fil-politika tal-enerġija. Dikjarazzjoni li għamlitha meta flimkien ma Ann Fenech komplew jopponu għall-powerstation li taħdem bil-gass.
Aqra aktar

Portelli bl-ebda ħjiel dwar il-kontijiet tal-enerġija

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-enerġija, Marthese Portelli, wkoll qed tinqabad f’għadd ta’ inkonsistenzi dwar il-kontijiet tal-enerġija. Bħal kelliema oħra tal-Partit Nazzjonalista qed iddur minn raġuni għal oħra meta mistoqsija dwar kif suppost jorħsu iktar il-kontijiet. Kontijiet li fi kliem esponenti tal-Partit Nazzjonalista sa qabel l-aħħar elezzjoni kien biss ‘gimmick’ li setgħu jorħsu. Mistoqsija dwar il-pjan tal-Partit Nazzjonalista f’dan is-settur Portelli reġgħet għamlet żball wara ieħor.

Aqra aktar

L-espert fil-kimika jwieġeb għall-mod li bih kien kwotat min-NET

Il-Professur fil-Kimika u kap tad-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta, Emanuel Sinagra wieġeb għal storja fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista li tikkwotah jgħid li l-LNG għandu potenzjal jifga lil dak li jkun.

“Nazzarda ngħid li l-kummenti tiegħi se jintużaw għada f’Marsaxlokk” stqarr magħna f’korrispondenza li ħass li kellu jibda minn jeddu, filwaqt li offra spjega ta’ dak li qal fuq il-programm Dissett…”biex nevitaw reazzjonijiet isteriċi tal-massa”.

Aqra aktar