martha fenech – One News

Notifiki

Tirbaħ il-mudella b’esperjenza; Tiffany Pisani Miss Universe Malta

Rebħet Tiffany Pisani, il-mudella b’esperjenza, li f’Miss Universe Malta rrappreżentat il-lokalità ta’ Ħ’Attard. Ma kinetx sorpriża għal ħafna li l-mudella li diġa’ għandha esperjenza internazzjonali ntgħażlet biex tkun hi li tirrappreżenta lill-pajjiżna f’din il-kompetizzjoni internazzjonali. Fi tmiem serata mill-isbaħ u tal-ogħla livell kienet ir-rebbieħa tas-sena l-oħra Martha Fenech li poġġiet il-kuruna fuq ras ir-reġina tas-sbuħija Maltija għat-tnax –il xahar li ġejjin.

Aqra aktar

Is-sbejħa Maltija ddur id-dinja mat-taraġ ta’ Kastilja

“Li nieħu sehem f’Miss Universe minn dejjem kienet ħolma għalija, u li qed nirrappreżenta lil pajjiżi wara 15-il sena milli tieħu sehem huwa unur kbir.”

Hekk qalet Martha Fenech, is-sbejħa Maltija li qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni ta’ Miss Universe ġewwa l-Filippini, f’filmat qasir b’xenarju mill-isbaħ minn madwar Malta. Filmat li intwera għal aktar minn 66,000 darba wara li tpoġġa fuq il-paġna uffiċjali ta’ Miss Universe, paġna li għandha ‘l fuq minn seba’ miljun segwaċi.

Aqra aktar

Malta lura fil-Miss Universe bi tfajla mill-isbaħ

Wara li Malta ilha nieqsa mill-kompetizzjoni Miss Universe għal ħmistax-il sena, Martha Fenech se tkun l-ambaxxatriċi għall-edizzjoni elfejn u sbatax fil-Filippini. Wara lejl ta’ emozzjoni kbira għal din it-tfajla One News kellu ċ-ċans isir jaf lil fin it-tfajla aħjar, fejn qassmet magħhna l-ambizzjonijiet tagħha għal din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.

martha

Aqra aktar

Send this to a friend