Investiment ta’ żewġ miljun ewro għall-protezzjoni tar-Riżerva naturali ta’ Marsaxlokk

L-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta qed timplimenta proġett ta’ żewġ miljun ewro li jipprovdi soluzzjoni infrastrutturali u jnaqqas l-erożjoni kostali kkawżata mill-elementi fiż-żona tal-Magħluq fil-Port ta’ Marsaxlokk.Aqra aktar

Berġa ġdida f’Marsaxlokk b’servizzi ġodda u speċjalizzati fosthom klinika għas-saħħa sesswali

Fil-qalba ta’ Marsaxlokk ġiet inawgurata berġa ġdida li se tilqa’ l-ewwel pazjenti mill-komunità mit-Tnejn li ġej.

Din il-berġa hija spazjuża u se toffri firxa wiesa’ ta’ servizzi għall-komunità ta’ Marsaxlokk u servizzi speċjalizzati li jistgħu jintużaw min-nies tal-madwar ukoll.

Fil-berġa se jkun hemm servizz ta’ tabib tal-familja, infermiera, klinika tal-podjatrija, fiżjoterapija, speċjalisti tal-ispeech and language pathology, teħid tad-demm u servizz ta’ dietician li joffri pariri dwar dieta u nutrizzjoni tajba.Aqra aktar

Send this to a friend