Ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 26 sena, residenti Bormla u Toyota vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Pembroke seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.45.

Ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 26 sena, residenti Bormla u Toyota vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Pembroke seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.45.
Antoine Ellul ta’ tlieta għoxrin sena nzamm arrestat wara li fil-qorti tressaq mixli b’serq ta’ fjuwil minn pompa tal-Petrol fil-Marsa.
Ellul li ma jahdimx gie arrestat tard l-Erbgħa filgħaxija meta nqabbad filfatt mill-Pulizjia ipprova jisraq il-fuel minn din il-pompa fi triq Aldo Moro bħal ma kien għamel għal ħames darbiet oħra tul l-aħħar ħdax il-jum.Aqra aktar
Vann tad-Direttorat tat-Tindif spiċċa vampa waħda waqt li kien qed jinstaq fil-Marsa-Ħamrun bypass. Dan ġara għall-ħabta tal-10.25 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa, il-vann ħa n-nar.
Ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-bini ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, proġett b’investiment ta’ aktar minn €20 miljun li ser jitmexxa mill-aġenzija infrastrutturali li l-Gvern ser iwaqqaf fil-ġimgħat li ġejjin.
Sena ħabs u multa ta’ €4,000 għal immigrant irregolari li nstab ħati li attakka żewġ pulizija tal-immigrazzjoni u darab ħafif lil wieħed minnhom waqt li kien qed jiġi arrestat.
Residenti minn Birżebbuġa, b’mod partikolari dawk li jgħixu viċin il-ħażna tat-tankijiet tal-31 ta’ Marzu qed jistennew b’ħerqa s-sena d-dieħla għax se tkun tfisser li jispiċċaw proġetti li se jagħtu d-daqqa tal-mewt lil dawn it-tankijiet tal-ħażna tal-fuel li l-Gvern wiegħed li se jneħħi. Ikkonferma dan il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi li fil-Parlament kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi.
Minkejja li l-Marsa mhix fost l-aktar lokalijiet popolari f’pajjiżna bil-popolazzjoni tagħha dejjem tonqos – id-dedikazzjoni tal-Marsin lejn raħal twelidhom hija waħda kbira.
Il-Festa tat-Trinità Qaddisa fil-Marsa din is-sena ser tkun qiegħda tiftah is-separju tal-istaġun tal-festi Maltin u Għawdxin għas-Sajf 2018. Minkejja li din il-Festa m’għandiex storja antika meta ikkumparata ma’ festi oħra xorta waħda nistgħu ngħidu li din qiegħda tikber b’rittmu mgħaġġel hafna.
Kelb iċċipjat instab iħuf madwar il-laned taż-żibel fil-Marsa fi stat tal-biki.
Kif jidher fir-ritratt, il-kelb instab għadma u ġilda.
Persuni mill-Animal Welfare ikkonfermaw li l-kelb huwa ċċipjat iżda l-kelb jidher li huwa abbandunat.
Karozza bajda tal-għamla BMW spiċċat maħruqa għal raġuni li għadha mhix magħrufa.
Jidher li dan ġara matul illejl li għadda fi Triq il-Marsa fil-Marsa.
Il-faċċata tal-ħanut li quddiemha kienet ipparkjata l-karozza, ġarbet xi ħsarat.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni.
Aktar dettalji malli jaslulna.
Send this to a friend