Is-sitwazzjoni dwar l-immigranti fil-Marsa jidher li qegħda taħt kontroll bis-saħħa ta’ ħidma sfieqa li qegħdin iwettqu l-forzi tal-ordni. Innota dan is-Sindku tal-Marsa s-Sur Frans Debono, wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat appella biex tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ preżenza akbar ta’ Pulizija.
Is-Sindku tal-Marsa nnota tnaqqis fin-nies jitlajjaw għax-xogħol wara bosta spezzjonijiet mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni kull filgħodu fil-Marsa. Huwa qal kif is-sitwazzjoni qegħda f’ċirkostanza li l-Poplu Marsi kienu ilu jixtieqa, u li jispera li dawn il-kontrolli jibqgħu jsiru sakemm tiġi stabbilita l-lokalità, u ma jfissirx li la darba tiġi stabbli, ma jibqgħux isiru l-kontrolli.Aqra aktar