Notifiki

AĠĠORNAT: Żagħżugħ ġarrab ġrieħi ħfief wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo arblu fil-Marsa

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar ġarrab ġrieħi ħfief, wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo arblu.Aqra aktar

It-tim Marsi rebaħ ir-regatta

It-tim Marsi rebaħ ir-regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja, għall-erbatax-il darba fl-istorja, wara li t-Tlieta fil-Port il-Kbir saret ir-Regatta Tradizzjonali. Id-distrett ta’ Birzebbuġa rebaħ Kategorija B.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Lest aktar minn 70% tal-proġett tal-Junction tal-Marsa

Sax-xahar id-dieħel se jiftħu tliet flyovers oħra fil-proġett tal-Junction tal-Marsa. F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi intqal li 70% ta’ dan il-proġett issa huwa lest.

Il-Ministru Ian Borg spjega kif l-aħħar erba’ flyovers waslu għall-asfalt u l-aħħar xogħlijiet, u bħalissa għaddej xogħol fuq l-aħħar erba’ rampi li se jgħaqqdu dawn il-flyovers mat-toroq tal-madwar.

“Saru xogħlijiet f’żoni li issa se jkunu aċċessibbli għall-poplu fi ġranet jew ġimgħat. Se jkun hemm rotot differenti għax ix-xogħol jibda jippostja ruħu, però fi ftit ġimgħat se jkun qed jitgawda minn kulħadd.”

Aqra aktar

Il-Marsa mixgħula b’tama li għada jkun aħjar mil-lum

Kienu ħafna dawk li nġabru quddiem is-sede tas-Socjetà Muzikali Trinità Qaddisa tal-Marsa biex flimkien jassistu għal wirja oriġinali ta’ mużika, dwal u laser b’messaġġ ta’ rispett u solidarjetà lejn dawk kollha li  b’xi mod jew ieħor ntlaqtu mill-imxija tal-COVID-19. Fil-veru sens tal-kelma, l-Marsa xegħlet b’tama li għada jkun aħjar mil-lum.

Bħal fil-bqija tad-dinja, pajjiżna wkoll għadda minn żmenijiet diffiċli u bla preċedent. Biex nilqgħu għall-imxija tal-Coronavirus, fuq pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa ttieħdu diversi miżuri biex tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-pubbliku. Fost dawn kien hemm il-kanċellament tal-festi tal-ibliet u rħula Maltin, fatt li ħoloq vojt  kbir fl-atmosfera ferriħija li kienet tixgħel kull lokalità tul il-jiem tal-festa tal-patrun/a. Aqra aktar

Send this to a friend