Ftit tal-ħin ilu żewġ vetturi kienu involuti f’inċident li jidher drammatiku, iżda li fortunatament irriżulta li ħadd ma weġġa’.
L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro direzzjoni lejn il-Furjana.
Ritratt: Glenn Zammit
Ftit tal-ħin ilu żewġ vetturi kienu involuti f’inċident li jidher drammatiku, iżda li fortunatament irriżulta li ħadd ma weġġa’.
L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro direzzjoni lejn il-Furjana.
Ritratt: Glenn Zammit
B’effett mil-lum, dawk li joqogħdu n-naħat tal-Kottonera, Ħaż-Żabbar u l-Fgura, għandhom rotta alternattiva għall-Marsa permezz tal-ftuħ tal-aċċess għat-triq tal-baċir numru sebgħa.
Ftuħ li għalissa se jkun temporanju iżda li l-gvern diġa għaddej b’ħidma biex tinstab alternattiva permanenti.
“Għada se jkollna baġit soċjali” hekk iddeskriva l-baġit għall-2017, il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt attivitá politika fil-Marsa li ntemmet ftit tal-minuti ilu.
Permezz tar-roadmap tal-gvern, il-baġit għas-sena d-dieħla se jkompli jferrex il-ġid fost dawk il-membri tas-soċjetà li l-ġid għadu mhux qed jasal għandhom, saħaq Joseph Muscat għalhekk se jkollna baġit soċjali.
“Dan huwa gvern li minflok jieħu, jagħti. Se jkollna baġit pro business iżda wasal iż-żmien li ż-żgħir nett jieħu iktar, min ġenwinament ibagħti, u mhux min jabbuża”
Fakkar kif fi tlett snin il-gvern stabilizza l-ekonomija, attratta investiment u ħeġġeġ iktar nies, b’ mod speċjali lin-nisa joħorġu jaħdmu biex kompliet tikber l-ekonomija. Il-pass ta’ wara kienet il-ġlieda kontra l-abbuż. Iżda issa l-gvern se jiffoka fuq dawk in-nies li ġenwinament jirsistu kemm jirsistu ma jistgħux jimxu ‘l quddiem u jibqgħu jissieltu mal-ħajja.
Il-Prim Ministru saħaq li dan ma setax isir qabel għaliex il-gvern ma setax iqassam dak li ma kellux.
Lejliet il-baġit mijiet ta’ Maltin u Għawdxin inġabru fiċ-ċentru Laburista tal-Marsa għall-attivitá politika tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Mir-ritratti li bagħtulna qarrejja ta’ one.com.mt jidher li t-triq kellha tingħalaq minħabba l-influss qawwi ta’ nies.
Aqra aktar
Il-bomba li tpoġġiet ma’ vann u li ħalliet raġel fil-periklu tal-mewt iktar kmieni din il-ġimgħa hija l-istess bħal bomba oħra li splodiet f’karozza sentejn ilu f’Marsaxlokk u ħallliet persuna mejta.
Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd li ppubblikat dawn id-dettalji esklussibi fil-faċċata tal-ħarġa tal-Ħadd.
Aqra aktar
Ħareġ mit-taqsima tal-kura intensiva r-raġel minn Ħal-Qormi ta’ 35 sena li kien fil-mira ta’ bomba nhar it-Tnejn fil-Marsa.
Għal sena oħra kien id-distrett tal-Marsa li rebaħ is-shiel tar-Regatta f’kategorija A wara li l-qaddiefa bl-aħmar u l-blu għelbu l-isfida ta’ dawk tal-Isla. Wara l-ewwel erba’ tlielaq iż-żewġ distretti kienu ras imb’ras, bil-Marsa tidħol għat-tellieqa bl-aktar punti b’ 40 punt u l-Isla 38. Ir-rebħa tal-Marsa fissret li aċċertaw is-shield b’ 64 punt. L-Isla, li fl-aħħar tellieqa kisbet it-tielet post klassifikat wara l-Marsa b’ 46 punt. Kategorija B intrebħet mid-distrett ta’ Bormla.
Inċident tat-traffiku fi Vjal Santa Luċija, il-Marsa wassal għal traffiku kbir fl-inħawi taċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Għall-ħabta tas-7.00a.m, seħħ inċident stradali fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. Xufier ta’ mutur tat-tip Ural laqat bankina u tilef il-kontroll waqt li kien qiegħed isuq fid-direzzjoni tal-Belt Valletta.
Send this to a friend