Tork ta’ 36 sena li joqgħod il-Marsa ġarrab ġrieħi ħfief wara li għelbet il-kabina tal-gaffa li kien jinsab fiha, waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi Triq il-Ħaddiem fil-Marsa.Aqra aktar

Tork ta’ 36 sena li joqgħod il-Marsa ġarrab ġrieħi ħfief wara li għelbet il-kabina tal-gaffa li kien jinsab fiha, waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi Triq il-Ħaddiem fil-Marsa.Aqra aktar
Hekk kif kważi tlesta x-xogħol fuq il-proġett tal-Junction tal-Marsa, issa Infrastruttura Malta bdiet tarma l-installazzjonijiet tal-arti tul it-toroq ewlenin.Aqra aktar
Il-korsa tal-Atletika tal-Marsa ser tkun qed tinbidel f’impjant ta’ livell dinji għall-atleti Maltin.Aqra aktar
Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar ġarrab ġrieħi ħfief, wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo arblu.Aqra aktar
Għall-ħabta tas-7.30 tat-Tlieta filgħodu, żviluppaw nirien f’bitħa fejn jinħażen materjal biex jiġi pproċessat f’żejt u tip ta’ fertilizzant f’impjant tal-Wasteserv.Aqra aktar
Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt wara ntlaqat minn vettura tal-għamla Citroen Berlingo li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 29 sena.Aqra aktar
It-tim Marsi rebaħ ir-regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja, għall-erbatax-il darba fl-istorja, wara li t-Tlieta fil-Port il-Kbir saret ir-Regatta Tradizzjonali. Id-distrett ta’ Birzebbuġa rebaħ Kategorija B.Aqra aktar
Sax-xahar id-dieħel se jiftħu tliet flyovers oħra fil-proġett tal-Junction tal-Marsa. F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi intqal li 70% ta’ dan il-proġett issa huwa lest.
Il-Ministru Ian Borg spjega kif l-aħħar erba’ flyovers waslu għall-asfalt u l-aħħar xogħlijiet, u bħalissa għaddej xogħol fuq l-aħħar erba’ rampi li se jgħaqqdu dawn il-flyovers mat-toroq tal-madwar.
“Saru xogħlijiet f’żoni li issa se jkunu aċċessibbli għall-poplu fi ġranet jew ġimgħat. Se jkun hemm rotot differenti għax ix-xogħol jibda jippostja ruħu, però fi ftit ġimgħat se jkun qed jitgawda minn kulħadd.”
Kienu ħafna dawk li nġabru quddiem is-sede tas-Socjetà Muzikali Trinità Qaddisa tal-Marsa biex flimkien jassistu għal wirja oriġinali ta’ mużika, dwal u laser b’messaġġ ta’ rispett u solidarjetà lejn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ntlaqtu mill-imxija tal-COVID-19. Fil-veru sens tal-kelma, l-Marsa xegħlet b’tama li għada jkun aħjar mil-lum.
Bħal fil-bqija tad-dinja, pajjiżna wkoll għadda minn żmenijiet diffiċli u bla preċedent. Biex nilqgħu għall-imxija tal-Coronavirus, fuq pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa ttieħdu diversi miżuri biex tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-pubbliku. Fost dawn kien hemm il-kanċellament tal-festi tal-ibliet u rħula Maltin, fatt li ħoloq vojt kbir fl-atmosfera ferriħija li kienet tixgħel kull lokalità tul il-jiem tal-festa tal-patrun/a. Aqra aktar
Rumen ta’ 30 sena li joqgħod Birżebbuġa ttieħed l-isptar wara li skiddja bil-mutur tal-għamla Suzuki GSX R600. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45 quddiem il-Knisja tat-Trinità fil-Marsa. Aqra aktar
Send this to a friend