marsa junction – One News

Notifiki

Fis-sigħat li ġejjin se jinfetħu 3 flyovers oħra fil-proġett tal-junction tal-Marsa

Kmieni l-Ħadd filgħodu, waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tan-nies fl-Imdina, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela sostna li Malta qed taħdem qatigħ fis-settur tal-infrastruttura fejn rajna investiment qawwi fl-infrastruttura fl-iskejjel, dik diġitali, industrijali, fit-toroq, fis-Central Link, Housing u anke abmjent.Aqra aktar

Triq ġdida fil-Marsa se titlesta ferm qabel mistenni

Triq ġdida li tifforma parti mill-proġett tal-Junction fil-Marsa u li kienet ser titlesta f’Awwissu se tinfetaħ il-ġimgħa d-dieħla minflok u b’hekk Triq Garibaldi ma tibqax magħluqa.Aqra aktar

ARA: Jittellgħu l-ewwel kolonni li se jżommu l-ewwel flyover tal-Junction tal-Marsa

Bdew jittellgħu l-ewwel żewġ kolonni tal-proġett tal-Junction tal-Marsa. Dan huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna, li mistenni jħalli mal-€1,200 fil-bwiet tas-sewwieqa. B’kollox 14-il kolonna li se jżommu l-ewwel flyover tal-proġett tal-Junction, bejn Triq Garibaldi u Triq Aldo Moro fil-Marsa. Ix-xogħol tal-pjattaformi kbar taħt l-art li fuqhom se jserrħu l-kolonni l-oħra jinsab fi stadju avvanzat. Ħafna minnhom jinsabu kważi lesti biex fil-ġimgħat li ġejjin jinbnew il-kolonni fuqhom ukoll.

F’din il-fażi ta’ dan l-ikbar proġett infrastrutturali li qatt ra pajjiżna qegħdin jitpoġġew fil-pedamenti tal-pjattaformi mijiet ta’ tunnellati ta’ ħadid li se sservi ta’ ġenb biex fuqha tistrieħ l-ewwel parti tal-flyover hekk kif tinqata’ mill-art. Il-ħadid se jinkesa bil-konkos sabiex fuqu jkunu jistgħu jitqiegħdu l-kolonni li se jerfgħu il-flyover.Aqra aktar

Send this to a friend