Notifiki

Biex inkissru l-isterjotipi marbuta ma’ sehem in-nisa fis-settur Marittimu

“Irridu bidla fis-settur marittimu. Irridu nkissru l-isterjotipi marbuta ma’ dan is-settur biex verament ngħarfu l-potenzjal qawwi li għandhom in-nisa biex jikkonbtribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomija blu”.

Qalet dan il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli fl-indirizz tagħha lil numru ta’ studenti, professjonisti, u baħħara nisa minn madwar id-dinja waqt konferenza fl-Istitut tal-Liġi Marittima fl-Università ta’ Malta. Aqra aktar

Jitfakkar il-Jum Dinji Marittimu

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Malta qed tingħaqad mal-komunità marittima internazzjonali biex tiċċelebra l-Jum Dinji Marittimu. Malta tikkommemora din l-okkażjoni fl-istess ġurnata bħal IMO (L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali), il-Ħamis 28 ta’ Settembru 2017.Aqra aktar

Kumpanija kbira fil-Marittimu tagħżel lil Malta

Ix-xogħol fic-centru marittimu fis-sit tal-Marsa Shipbuilding miexi ġmielu tant li diġa ġie ffirmat kuntratt ta’ valur kbir ħafna ma’ kumpanija internazzjonali li għażlet lil Malta biex tkun il-bażi tal-loġistika tagħha.

Il-ftehim għall-izvilupp ta’ centru marittimu ġie ssiġillat bħal daz-zmien sena bejn il-Gvern u l-kumpanija Abelcare Oilfied Service. Il-proġett diġa qed qed iħaddem aktar minn 120 ħaddiem, qed jagħti nifs ġdid u joħloq riġenerazzjoni fis-settur marittimu u fis-servizzi lill-industrija taz-zejt u l-gass.

It-tmexxija tal-kumpanija dawret lill-crew ta’ ONE NEWS mal-post u spjegat ix-xogħlijiet estensivi li saru f’dawn l-aħħar xhur.

Aqra aktar

€100,000 biex min għandu ideat fis-settur marittimu jiżviluppahom

Kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Malta Marittima u l-Università ta’ Malta wasslet għat-tnedija tal-Maritime Seed Award.

B’allokazzjoni ta’ €100,000 mill-Ministeru għall-Kompettività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, qed issir sejħa kompetittiva lill-innovaturi u intraprendituri interessati li jqarrbu l-ideat tagħhom lejn il-kummerċjalizzazzjoni.

Aqra aktar

Rekord fin-numru ta’ vapuri rreġistrati f’pajjiżna

Ir-reġistru Malti tal-vapuri mistenni jirreġistra rekord ieħor din is-sena, hekk kif meta kkumparat ma’ snin ta’ qabel, f’pajjiżna ġew rreġistrati l-akbar numru ta’ vapuri.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi huwa u jindirizza l-ftuħ tal-ewwel summit marittimu Malti. Dan is-summit huwa opportunita għal pajjiżna kif ukoll għal dawk kollha li se jattendu, hekk kif il-parteċipanti se jkollhom iċ-ċans li joħorġu b’ideat li jistgħu iwasslu għal-titjieb f’dan is-settur importanti.
Aqra aktar

L-ewwel summit marittimu Malti l-ġimgħa d-dieħla

Kollox jinsab lest biex il-ġimgħa d-dieħla pajjiżna jospita l-ewwel Summit Marittimu Malti li se jsir bejn it-Tnejn it-3 u l-Ħamis is-6 ta’ Ottubru li ġej.

Dan l-avveniment, li se jsir fuq skala internazzjonali bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 300 delegat, fosthom ministri barranin, għandu l-iskop li jkompli jikkonsolida r-rieda ta’ dan il-Gvern li jistabilixxi lil pajjiżna bħala ċentru ta’ eċċellenza marittima fil-Mediterran.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li d-deċiżjoni biex avveniment daqstant importanti jsir hawn Malta tkompli timla lill-Gvern Malti b’kuraġġ biex jaħdem iżjed ħalli jassigura li Malta Marittima tkompli tibbenefika mill-pożizzjoni tagħha f’dan is-settur internazzjonali, kemm f’dak li huwa dħul barrani dirett kif ukoll il-valur miżjud fuq l-ekonomija.

Aqra aktar

Send this to a friend