Notifiki

L-obeżita’ fit-tfal hi waħda mill-prijoritajiet ta’ Malta fil-Presidenza

Il-Gvern qiegħed jieħu l-problema tal-obeżità bis-serjetà. Tant hu hekk illi qiegħed isib tifħir minn għaqdiet u aġenziji Ewropej talli l-Gvern Malti poġġa l-obeżità fit-tfal bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Saħħa Ewropew.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.

Intqal ukoll li l-Gvern ħadem ħafna biex jindirizza din il-problema, speċjalment l-obeżità fit-tfal. Fost l-inizjattivi biex tkun indirizzata dil-problema kienet imfassla l-Whole School Approach to a Healthy Lifestyle, li fost l-oħrajn waslet biex issir ħidma fil-canteens tal-iskejjel, biex joffru ikel nutrittiv lill-istudenti. Kienu mwaqqfa wkoll il-lifestyle clinics, kliniċi fil-kura primarja li jagħtu pariri għall-ħajja aktar b’saħħitha.

Aqra aktar

Aħbarijiet ħżiena għal Bjorn – jibqa’ jara s-sabiħ tal-ħajja

Normalment, il-jum tat-tieġ huwa l-aktar wieħed sabiħ li koppja tippjana flimkien, għax jistenniha futur flimkien.

Mhux il-każ għal Bjorn Formosa, li għandu l-ALS, u li uża Facebook biex ħabbar li l-marda tiegħu avvanzat tant li sab ruħu jiddiskuti tmiem ħajtu mat-tabib tiegħu, ftit jiem biss qabel it-tieġ ta’ nhar is-Sibt.

Bjorn jibqa pożittiv. B’pożittività li ftit rajna bħalha, jgħid li dejjem hemm is-sabiħ fil-ħajja. Aqra x’kiteb Bjorn hawnhekk:

Aqra aktar

Iwissu li f’Malta dawk bl-AIDS u l-HIV se jiżdiedu b’2,000 ruħ f’ħames snin

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-AIDS 2016, il-gruppi Malta Gay Rights Movement (MGRM) u Allied Rainbow Communities (ARC) espremew il-bżonn ta’ aktar miżuri li jindirizzaw iż-żieda fl-infezzjonijiet tal-HIV. Qalu li kull sena mill-2009, kellna żieda ta’ 20%.

Kien hemm 189 eterosesswali u 143 irġiel li jkollhom x’jaqsmu ma’ rġiel li qed jgħixu bl-HIV f’Diċembru 2015. U sal-aħħar t’Awwissu 2016, kien hawn 44 każ ġdid ta’ HIV u żewġ każijiet ta’ AIDS.

L-għaqdiet qalu li hemm bżonn miżuri konkreti u effettivi biex jinterrompu dawn it-tendenzi, u jekk ma jsirx hekk, dawk li jgħixu bl-HIV u li jeħtieġu trattament se jiżdiedu għal 2,000 ruħ mal-ħames snin li ġejjin, bi spiża sinifikanti għas-sistema tal-kura tas-saħħa ta’ Malta.

Aqra aktar

Kura b’dinjità

“Id-dinjità fil-kura hija essenzjali u għandha tibqa’ tingħata sal-aħħar mumenti tal-ħajja ta’ bniedem, għax kull persuna għandha dritt tmut b’dinjità.” Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li indirizza seminar organizzat mill-Malta Hospice Movement.
Il-Ministru Fearne qal li d-dinjità li għandu jkollu pazjent qed tkun aktar enfasizzata bit-tnedija tal-Patient Charter aktar kmieni din il-ġimgħa.

Aqra aktar

50 miljun persuna fl-UE jbatu minn mard kroniku

“Health at a Glance: Europe 2016”, rapport konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD ippubblikat illum, juri li l-istennija tal-għomor issa taqbeż it-80 snin f’ħafna mill-pajjiżi tal-UE.

Madankollu, din l-istennija tal-għomor rekord mhux dejjem iġġib magħha snin ta’ ħajja b’saħħitha. Madwar 50 miljun persuna fl-UE jbatu minn ħafna mard kroniku, u kull sena aktar minn nofs miljun persuna fl-età tax-xogħol imutu minħabba fih, u dan jirrappreżenta spiża annwali ta’ madwar 115-il biljun EUR għall-ekonomiji Ewropej.
Aqra aktar

“L-antibijotiċi jistgħu iħallu effetti negattivi fuqek jew fuq it-tfal”

Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Isptar Mater Dei tpoġġiet informazzjoni dwar l-antibijotiċi għall-ġenituri. F’din l-informazzjoni nsibu li l-antibijotiċi m’humiex effettivi għal kull tip ta’ virus li jittieħed bħal riħ komuni, influwenza, uġigħ fil-grizmejn, bronkite, numru ta’ sinuses u infezzjonijiet fil-widnejn. “L-antibijotiċi jaf iħallu effetti negattivi fuqek jew fuq it-tfal.”
Aqra aktar

Kif taqbad ittihom l-aħbar fuq binhom?

Il-Ministeru għas-Saħħa, f’kollaborazzjoni ma’ Allied Health Care Services u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità qed torganizza konferenza partikolari.

Immaġinak professjonist fil-qasam tas-saħħa, u trid tispjega l-aħbar lill-ġenituri li wliedhom għandhom xi forma ta’ diżabilità jew inkella problema serja ta’ saħħa. Immaġina trid tispjega xi ħaġa simili lit-tfal fuq il-ġenituri tagħhom, jew inkella fuqhom stess.

Kif taqbad iġġib ruħek?

Aqra aktar

Maltin ifittxu “bomba intelliġenti” kontra l-kanċer

Riċerkaturi, fosthom Maltin, qed iwettqu riċerka dwar trattamenti ġodda għall-kanċer, bil-għan li iktar pazjenti jirbħu l-battalja kontra l-marda qerrieda.

Għall-ewwel darba, iċ-ċentru tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo organizza konferenza nazzjonali dwar l-onkoloġija, fejn professjonisti tkellmu dwar il-kanċer u kif jistgħu itejbu s-servizzi mogħtija lill-pazjenti morda.

Intqal li madwar id-dinja wieħed minn kull żewġ pazjenti bil-kanċer ifiq. Il-konsulent fil-ġenetika, Christian Scerri, spjega li l-għan hu li dan in-numru jitla’ għal tlieta minn kull erba’.

“Li qed nagħmlu bħalissa fl-studju hu li nsibu x’fih eżatt dak il-kanċer, biex insibu trattament eżatt” stqarr magħna. Spjega li fil-mod kif jingħata t-trattament, bħalissa qisu qed jintefgħu bombi kullimkien fil-ġisem, ‘bħal zmien il-gwerra’. Issa jmiss li ‘nitfgħu bomba iktar intelligenti u li tmur eżatt fil-post fejn tridha’.

Aqra aktar

Send this to a friend