Jibgħat messaġġi ta’ theddid LILU NNIFSU – żviluppi ġodda fl-investigazzjonijiet dwar l-allegat każ ta’ visas mediċi

Il-gazzetta Maltatoday żvelat li mill-investigazzjonijiet li għamelt, il-Pulizija sabet li l-Libjan Khaled Ben Nasan, meqjus bħala whistleblower f’dan il-każ, kien jibgħat messaġġi ta’ theddid lilu inifsu.

F’Settembru tal-2016, il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ, wara li l-Libjan allega li l-impjegat taċ-ċivil Neville Gafa kien jitħallas l-eluf ta’ ewro minn ħlasijiet ta’ visas mediċi. Gafa li ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u prezenta numru ta’ libelli kontra ġurnali lokali li ħarġu dawn l-istejjer.

Filwaqt li minn investigazzjoni illi għamlet, il-Pulizija qalet li ma rriżultalha xejn. Meta ħareġ b’dan l-allegat kaz, Ben Nasan qal lill-Pulizija li irċieva numru ta’ messaġġi anonimi ta’ theddid u telefonati fejn allega li minn ċempilu kien Malti.

Aqra aktar

L-isptar Karin Grech qed jilqa’ dawk li mardu minħabba t-temp kiesaħ

L-isptar Karin Grech qed jaħdem id f’id mal-Ministeru għas-Saħħa u unjins biex titnaqqas il-pressjoni minn fuq Mater Dei u pazjenti li għandhom mard serju kawża ta’ dan it-temp kiesaħ isibu post hemm.

Vitals Global Healthcare qal dan fi stqarrija, fejn Dr Stephen Zammit, kap eżekuttiv, spjega kemm huwa importanti li l-partijiet kollha jaħdmu id f’id f’dawn iċ-ċirkostanzi ‘straordinarji’.

Spjega li minkejja l-bżonn qawwi ta’ titjib infrastrutturali, il-livell ta’ kura f’Karin Grech huwa ta’ livell għoli ħafna, u l-investiment tal-Vitals f’din l-infrastruttura, ir-riżorsa umana u s-sistema tal-IT qed tkun ta’ nifs ġdid għal dan l-isptar.

 

 

Min jgħix fi triq prinċipali huwa f’riskju ikbar li jkollu d-dimensja

Nies li jgħixu qrib toroq prinċipali għandhom probabiltà ikbar li jkollom id-dimensja. Dan skont riċerka ppublikata fil-ġurnal The Lancet.

Saħansitra 11% tal-każijiet ta’ dimensja kienu fost nies li jgħixu ħamsin metru qrib triq prinċipali. Jista’ jkun li t-traffiku qed jikkaġuna din il-marda fil-moħħ.

Riċerkaturi osservaw żewġ miljun persuna f’Ontario, il-Kanada, fuq medda ta’ ħdax-il sena bejn l-2001 u l-2012. Ikkonkludew li t-tniġġiż fl-arja u t-traffiku storbjuż jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-abilitajiet tal-moħħ.

Aqra aktar

Leġionella fil-Parlament

It-traċċi nstabu ftit wara l-Milied, fil-latrini tat-tielet sular, wara testijiet rutina. Konsegwenza t’hekk, partijiet mill-binja tal-Palarment fil-Belt Valletta kellhom ikunu iżolati.

Aqra aktar

Fi triqtu għall-kura f’għeluq sninu

F’dawn iż-żminijiet, ta’ kull sena nisimgħu diversi stejjer li bla ma trid imissulek qalbek. Stejjer b’sitwazzjonijiet diffiċli li ħafna drabi jinċentivaw lil ħaddiehħor jagħmel xi ħaġa dwarhom biex joffri l-għajnuna.

Din hi l-istorja ta’ Ziam, tifel mill-Kalkara li fl-ewwel snin ta’ ħajjtu għaddej mill-kura għal kundizzjoni rari.

Aqra aktar

Tnieda reġistru nazzjonali għad-donaturi tal-organi – Fearne jirreġistra ruħu

Tnieda reġistru nazzjonali għal donaturi ta’ organi. Issa persuna minn 16-il sena ‘l fuq tista’ tirreġistra bħala donatur u jekk tbiddel l-intenzjoni, tista’ tneħħi isimha. 
Bħalissa hemm 140 qed jistennew organu u 90 qed jistennew trapjant tal-kliewi.
Filwaqt li rreġistra lilu nnifsu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan huwa l-isbah rigal li wieħed jista’ jagħti dan il-Milied, ċioe it-tama ta’ ħajja.
Biex wieħed jirreġistra jidhol fis-sit www.organdonation.gov.mt

Allarm falz fl-isptar Mater Dei…litteralment!

Persuni li ċemplulna mill-Isptar Mater Dei talbuna nindagaw jekk kinitx ġrat xi ħaġa, peress li bdiet iddoqq is-sistema tal-allarm li tindika każ ta’ nirien.

Iżda jirriżulta biss li kien allarm falz. Fl-isptar qed isir xogħol ta’ manutenzjoni, u bħala parti minn dan ix-xogħol, intuża chaser. Apparat li tajjar it-trab, li spiċċa fl-inġenju li jagħraf meta jkun hemm nirien, b’konsegwenza li beda’ jqoff l-allarm.

Is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal wara ftit, imma mhux mingħajr ħafna domandi ta’ seta’ ġara.

 

Kif dan ir-ritratt biddel ħajjet familja

Ġieli rajtu dan it-tifel f’xi meme fuq l-internet?

Dan huwa Sammy Griner minn Jacksonville Florida, li llum għandu għaxar snin. Meta ommu ħadet ir-ritratt fl-2007, qatt ma basret li kien se jsir famuż daqhsekk. Dak iż-żmien kellu biss 11-il xahar. B’ħarsa determinata, beda jissejjaħ ‘Success Kid’ meta r-ritratt sar viral fl-2010.

Send this to a friend