Qalbek ixjeħ minnek? Iċċekkja…

Kont taf li qalbek tista’ tkun ‘ikbar’ minnek? U mhux b’mod tajjeb.

Studju li sar fl-Ingilterra juri li skont il-mod kif wieħed jgħix ħajtu jiddetermina l-‘età’ ta’ qalbu. L-istudju sar bħala parti minn inizjattiva biex ikun hawn iktar għarfien dwar kif wieħed jgħix ħajja attiva u b’saħħitha.

Erba’ minn kull ħames adulti huma f’riskju ta’ mard tal-qalb, u mewt qabel iż-żmien, għaliex l-istil ta’ ħajja tagħhom xejjaħ lil qalbhom qabel iż-żmien.Aqra aktar

Test ġdid tad-demm jista’ jittraċċa kanċer qabel jitfaċċa

Kull tip ta’ kanċer li wieħed jista’ jimmaġina fosthom tal-ovarji, fwied, fl-istonku, fil-frixa u tas-sider fost oħrajn, issa, jidher li hemm tama minn esperti li permezz ta’ test wieħed tad-demm, jista’ jinkixef minn kmieni u tiskopri x’għandek eżatt.

Il-punt l-aktar impressjonanti huwa li dan it-test jinduna bil-kanċer minn stadji bikrin ħafna, saħansitra anke qabel ma pazjent ikun wera xi sintomi partikolari. Ix-xjentisti qed jisperaw, li dan it-test jgħin biex jiġu evitati forom ta’ trattamenti ineffiċjenti bħal kimoterapija. Operazzjoni tista’ tkun biżżejjed biex tneħħi l-kanċer mill-ġisem. Dan kollu jgħin biex il-ħajja tkun ferm aħjar.

Dan l-istadju qed isir minn xjentisti tal-iskola medika Johns Hopkins f’Balimore, fl-Istati Uniti fejn ippubblikaw ir-riċerka fil-ġurnal li jismu Science. Dan it-test ġdid qed jissejjaħ CancerSeek.

Meta ċ-ċelloli tal-ġisem isiru kanċerużi, iseħħ tibdil ġenetiku. Iktar minn hekk, iċ-ċelloli jibdew jikbru b’mod inkontrollabli. Jekk ċellola ta’ tumur tmut, partijiet minnha jispiċċaw fid-demm. Kanċer jista’ jiġi ttraċat dirretament minn dan l-aspett. Dan it-test ġdid jiskrinja d-demm għal 8 proteini u 16-il ġenetika simili li huma karatteristiċi ta’ ċelloli kanċerużi.

Fil-każ tal-kanċer fl-ovarji u l-fwied, dan it-test qed juri li huwa ta’ min wieħed joqgħod fuqu. Infatti, 98 fil-mija tat-tumuri preżenti ġew innutati permezz ta’ dan it-tip ta’ test. CancerSeek jidher li qed jgħin ħafna f’din il-ġlieda qerrieda.

Miżuri drastiċi minħabba l-influwenza fl-Ingilterra

L-influwenza mhux biss tolqot il-gżejjer tagħna iżda qed tikkawża problemi kbar fl-Ingilterra. L-isptarijiet Ingliżi u s-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż qed jiddeskrivu l-mument bħala l-agħar f’dawn l-aħħar snin fir-rigward ta’ stress li qed taffaċċja minħabba l-influwenza, temp ikrah u persuni jbatu minn problemi tan-nifs.

Aqra aktar

“Naf li jkunu se jmutu iżda nemmen li ħaqqhom ħajja aħjar” – raġel li jieħu ħsieb tfal terminali

Għalkemm jaf li t-tfal li hu jagħżel biex jieħu ħsieb jaf ma jkollhomx ħajja twila u jkunu abbandunati, Mohamed Bzeek hu konxju ta’ dan iżda għal żewġ diċenji għadu għaddej jieħu ħsieb dawn it-tfal morda terminali f’Los Angeles.

Mohamed sostna kif tul dawn is-snin hu difen madwar għaxart itfal, u li bosta minnhom mietu f’idejh. Issa Bzeek qed iqatta’ diversi jiem u ljieli mingħajr serħan biex jieħu ħsieb tifla ta’ sitt snin li twieldet b’difett f’moħħa, kundizzjoni rari. Hi muta u kif ukoll għamja, għandha idha u saqajha pparalizzata u kull tant żmien ituha attakki tal-aċċessjoni.

Aqra aktar

“Nuqqas ta’ azzjoni mhux aċċettabli aktar” – Miriam Dalli

  • Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni pjan kontra l-HIV u mard infettiv

Il-Parlament Ewropew illum sejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex toħroġ bi pjan ħolistiku li jindirizza ż-żieda ta’ mard infettiv fosthom l-HIV, it-tuberkulożi u l-Epatite, wara pressjoni minn MEPs Soċjalisti għal din l-aħħar sena. Ir-riżoluzzjoni tal-S&D ġiet addottata waqt is-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa b’maġġoranza assoluta.

Aqra aktar

“Grazzi minn qalbi lil Joseph Muscat…din hija xi ħaġa li jien u r-raġel tant ilna nistennew!”

Hekk stqarret magħna Ornella Xuereb Cianco.

Ornella hija miżżewġa lil Kelvin, u meta kienu ilhom erba’ snin għarajjes, intebħu li hu marid bil-kliewi. L-imħabba tagħhom kienet kbira tant li lanqas din ir-realtà ġdida ma waqqfithom. 

Ftit snin ilu, qabel din il-koppja żżewġet, konna ltqajna magħhom u tkellimna dwar l-isfidi li ġġib magħha ħajja miżżewġa, meta ta’ kull filgħaxija, Kelvin irid ikun imqabbad mal-magni, biex jagħmel dak li l-kliewi tiegħu ma jagħmlux waħedhom.

L-isfidi mhumiex faċli, kif konna rrealizzajna f’din l-intervista.

Aqra aktar

Jieħdu ħsieb saħħitna minn wara l-kwinti…

Meta nitkellmu dwar il-kura u s-saħħa, l-ewwel ma jiġu f’moħħna huma t-tobba u l-infermiera. Filwaqt li għandhom irwol kruċjali, jassistuhom minn wara l-kwinti hemm dawk li jissejħu Biomedical Scientists.

Xjenzati li jispeċjalizzaw f’diversi oqsma u janalizzaw ħafna mill-partijiet ta’ ġisimna.

Aqra aktar

Kura għad-dimensja? Jista’ jkun!

Xjentisti jaħsbu li aktarx sabu mediċina li twaqqaf mard tal-moħħ imsejjaħ neurodegenerative, ċioe li jmewwet partijiet tal-moħħ ftit ftit. Dan jinkludi mard bħal dimensja. Fl-2013, grupp mediku Ingliżi kien irnexxilu jwaqqaf ċelloli tal-moħħ tal-annimali milli jmutu. Iżda l-mediċina li kienu skoprew dak iż-żmien ma kinitx tajba għall-umani, għax tikkawża ħsara fl-organi. Din id-drab nħolqu żewġ tipi ta’ mediċina li għandhom l-istess effett pożittiv fuq il-moħħ imma huma tajbin għall-kosum uman. Il-Professoressa Giovanna Mallucci mit-Toxicology Unit ta’ Leicester, fejn saret l-iskoperta, qalet li dan huwa pass eċitanti ħafna. Issa tixtieq tibda provi fuq in-nies, u fi żmien sentejn jew tlieta se jkun magħruf jekk din id-droga hija tajba daqs kemm hu maħsub.

Send this to a friend