Notifiki

Jiħraxu l-attakki fuq Delia u l-iddettar fuq x’għandu jagħmel Bernard Grech  

L-establishment Nazzjonalista kompla jitfa’ l-pressjoni fuq Bernard Grech. Dan permezz ta’ artiklu mill-eks Chief of Staff ta’  Austin Gatt, Manuel Delia. Dan kiteb b’reazzjoni għall-fatt li Bernard Grech ikkonferma li Adrian Delia diġà ġie kkonfermat bħala kandidat Nazzjonalista fuq distrett wieħed. Aqra aktar

Iqabbel lill-Maltin mal-laned tal-inċova wara li kritikawh fuq il-frażi “the best spaghetti junction”

L-esponent tar-Repubblika u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Manuel Delia, reġa’ kiteb fuq il-proġett tal-junction tal-Marsa u nfexx jgħajjar lill-Maltin li kritikawh meta pprova jirredikola l-proġett u sejjaħlu “the best spaghetti junction”.Aqra aktar

Il-Blue Heroes jiltaqgħu minn wara dahar Bernard Grech

Il-gazzetta KullĦadd żvelat li fl-aħħar jiem, xi deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li kienu sejħu lilhom infushom bħala ‘blue heroes’, iltaqgħu minn wara dahar il-Kap Bernard Grech biex jiddeċiedu kif se jżidu l-pressjoni fuq Grech u jassiguraw li jsir biss dak li jridu huma.

Il-gazzetta KullĦadd irrappurtat li l-ispirtu tal-laqgħa mingħajr il-Kap kien li għalkemm Bernard Grech b’mod ġenerali qed isegwi dak li jitolbuh tal-fazzjoni Busuttil, hemm oqsma fejn qed jippretendu li jkun iktar aggressiv fl-attakki tiegħu u għamluha ċara li jekk ma jiġrix hekk, Bernard Grech għandu jistenna anke pressjoni fil-pubbliku.

Aqra aktar

Bernard Grech ipaċi mal-Establishment u jċedi quddiem il-pressjoni ta’ Manuel Delia

Filgħodu għodu ddiżappunta lill-Establishment dwar kummenti li għamel dwar Pierre Portelli u Adrian Delia mat-Times iżda filgħaxija kkuntenta lill-istess Establishment biex ma jkomplix iqajjem iżjed irwiefen fil-partit. Aqra aktar

Send this to a friend