Manchester United – Page 2 – One News

Notifiki

Iħossu ħażin waqt logħba tal-United u jmut ftit wara

Huwa minnu li l-logħba tal-bieraħ bejn Manchester United u West Ham kellha tmiem feliċi għall-United, iżda ftit tal-ħin ilu l-istess tim esprima sogħoba għall-fatt li persuna li kienet qed issegwi fil-London Stadium spiċċat tilfet ħajjitha wara li ħassha ħażin.

Permezz ta’ Twitter, it-tim li ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ tnejn b’xejn esprima d-dieqa tiegħu.

Aqra aktar

Ir-Red Devils favoriti skont ġurnalisti Maltin

Disgħin jum wara li spiċċa staġun sħiħ ta’ sorpriżi – il-Premier League Ingliż reġa’ lura magħna.

Fuq il-pitch se nkunu qed naraw bosta uċuħ ġodda, fosthom l-aktar plejer li jiswa’ flus fid-dinja, Paul Pogba. Iżda din mhux se tkun l-unika bidla li se nkunu qed naraw – fosthom regoli ġodda fil-grawnd.

Aqra aktar

Pogba lura f’Old Trafford!

Wara ġimgħat ta’ stennija u ħafna xniegħat il-plejer ta’ nofs il-grawnd ex-Juventus Paul Pogba, ffirma mat-tim tal-Manchester United wara li ġie ffinalizzat it-trasferiment tiegħu mingħand Juventus.

Pogba ffirma kuntratt ta’ 5 snin li jista’ jiġi estiż għal sena oħra.

Aqra aktar

Se nkun Alla ta’ Manchester

Eric Cantona laqa’ lil Zlatan Ibrahimovic f’Old Trafford, iżda għamilha ċara li r-re ta’ Manchester se jibqa’ hu. Miegħu qabel l-istess Ibrahimovic għax f’dikjarazzjoni tipika minn tiegħu qal: “Nammira lil Cantona u smajt x’qal. Iżda, jien mhux se nkun ir-re ta’ Manchester, jien se nkun Alla ta’ Manchester!

Aqra aktar

Il-bomba li kienet taparsi

Fl-Ingilterra intalbet li ssir inkjesta urġenti wara li bomba artifiċjali li tintuża f’eżerċizzji ta’ sigurtà wasslet biex tħassret logħba mill-Premier League f’Old Trafford.

Il-logħba bejn Manchester United u Bournemouth ma saritx wara li nstab oġġett suspettuż f’kamra tal-banju, qrib il-ħin tal-kick-off.  Jirriżulta li dan kien tħalla hemm bi żball minn kumpanija privata inkarigata mis-sigurtà.

Aqra aktar

Cristiano Ronaldo … titkellem għalih ommu

Dolores Aveiro, omm Cristiano Ronaldo, temmet spekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ binha b’The Sun tirrapporta li qalet li jinsab kuntent mal-klabb ta’ Real Madrid u li jixtieq itemm il-karriera tiegħu fil-kapitali Spanjola.

Għal iżjed minn darba kien qiegħed jiġi rrappurtat li l-istilla ta’ 31 sena kien se jerġa’ jissieħeb ma’ Manchester United. F’rapporti oħrajn intqal li d-diriġenti ta’ Ronaldo kienu għaddejjin b’diskussjonijiet mal-Paris Saint Germain u l-MLS.

Aqra aktar

Send this to a friend