Notifiki

Isma’ x’għandu xi jgħid Dr Martin Balzan tal-MAM dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca

Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika, il-MAM Martin Balzan, qal li mill-informazzjoni pubblika, il-fatt li kien hemm min ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca u li qabditu t-trombożi, aktarx hija kumbinazzjoni.Aqra aktar

L-attivitajiet tal-massa projbiti, multa ta’ €50 jekk ma tilbisx maskra u żewġ ċentri oħra għall-ittestjar

Wara laqgħa bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, il-Prim Ministru Robert Abela qal li ntlaħaq qbil fuq ħafna punti diskussi dwar is-sitwazzjoni attwali marbuta mal-imxija. Qal li l-attivitajiet tal-massa mhux se jsiru iżda t-tiġijiet biss jistgħu jsiru. Hija l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM li għadha mhux taqbel dwar it-tiġijiet.

F’kummenti li ta lil midja fi tmiem laqgħa ta’ madwar sitt sigħat mal-MCESD f’Kastilja, il-Prim Ministru Abela qal li wara din il-laqgħa ntlaħaq bilanċ permezz ta’ miżuri li jissalvagwardjaw saħħet il-poplu iżda anki jħarsu l-kwalità ta’ ħajjet in-nies.

Intant tat ukoll kummenti, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. Hija spjegat kif il-ġimgħa d-dieħla se jiftħu żewġ ċentri ġodda għall-ittestjar tal-COVID-19 biex l-awtoritajiet tas-saħħa jlaħħqu mad-domanda tal-ittestjar għall-virus.

Wara l-laqgħa mal-imsieħba soċjali, il-Professur Gauci qalet li l-ilbies tal-maskri se jkun wieħed obbligatorju f’ċertu postijiet fosthom fuq il-karozzi tal-linja, fil-ħwienet u fuq il-vapur t’Għawdex. Qalet li se jkun qed isir infurzar biex jiġi assigurat l-ilbies tal-maskri f’postijiet fejn hemm tendenza li jinġemgħu n-nies u għalhekk dawk il-persuni li jinqabdu mingħajr maskra f’uħud minn dawn il-postijiet jeħlu multa ta’ €50.

Hija qalet li dawn l-emendi fil-liġi se jidħlu fis-seħħ mill-jum tal-Ġimgħa u spjegat kif se jkun hemm ċertu kriterji għal anki attivitajiet mhux tal-massa, fosthom limitu ta’ kemm jattendu nies f’attivitajiet ġewwa jew barra. Hija reġgħet semmiet il-kwarantina għal kull min huwa infettat bil-virus u anki ċertu miżuri għall-viżitaturi ta’ nies fl-isptar jew fi djar tal-anzjani.

Fil-fatt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li n-nies se jkunu jistgħu jibqgħu jżuru l-anzjani iżda minn wara l-perspex biex jiġi evitat il-kuntatt fiżiku ma’ nies meqjusa vulnerabbli. Intant wara l-laqgħa tal-MCESD, il-President tal-MAM, Dr. Martin Balzan ikkonferma li d-direttivi industrijali li mponiet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija se jibqgħu fis-seħħ.

Steward Health Care tilqa’ l-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM

Steward Health Care laqgħet b’sodisfazzjoni il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM fejn Dr. Nadine Delicata (Kap tat-tmexxija tal-isptar) ikkonfermat il-missjoni ta’ Steward dik li taħdem mal-istakeholders kollha f’Malta u Għawdex biex tassigura li l-aqwa kwalità ta’ kura medika titwassal lill-poplu kollu.

Dan il-ftehim juri kontinwazzjoni ta’ relazzjoni soda mat-tobba fis-sistema medika Maltija fl-isptarjiet madwar Malta u Għawdex, sostniet Dr. Delicata. Dan kollu se jkompli jgħin għal aktar kultura ta’ trasparenza lill-professjonisti kollha li jaħdmu fl-isptarijiet ta’ Steward Malta.

Issiġillat il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM – Se jkun hemm titjib sostanzjali

Intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija l-MAM dwar il-kwistjonijiet kollha pendenti dwar it-tmexxija tat-tliet sptarijiet li fil-ġimgħa li għaddew bdiet tamministra l-kumpanija Amerikana Steward Heatlhcare.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie ssiġillat il-ftehim ingħad li l-qbil se jwassal għas-serħan tal-moħħ kemm tal-pazjenti Maltin u Għawdexin kif ukoll għat-tobba f’pajjiżna.

Il-President tal-MAM Dr MARTIN BALZAN esprima s-sodisfazzjon li wara ġimgħat ta’ diskussjonijiet, intlaħaq dan il-qbil li se jirregola r-relazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija. Qal li l-ftehim ser ikun ta’ benefiċċju kemm għall-pazjenti kif ukoll għat-tobba.

l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ddikjara li t-tobba li huma impjegati fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-isptar Karin Grech u l-isptar San Luqa huma kollha ħaddiema tal-Gvern.  Huwa semma li matul dawn id-diskussjonijiet, il-Gvern laqa’ t-talba tal-MAM li jagħti salarji b’lura lit-tobba kollha li għal snin sħaħ ħadmu festi pubbliċi- u li ma tħallsux kemm suppost kellhom jingħataw.

Ma’ ONE NEWS, il-Ministru Fearne fisser dan il-qbil li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-MAM bħala garanzija lill-pazjenti Maltin u Għawdxin li huma ser jibqgħu jirċievu kura mingħajr ħlas u tal-ogħla livell. Huwa saħaq li dawn kienu diskussjonijiet onesti u li fl-ahhar mill-ahhar rebah il-pazzjent.

Intant, Steward Health CARE laqgħu l-ftehim li bejn il-Gvern u l-MAM u tennew l-impenn tagħhhom li jaħdmu ma’ dawk kollha involuti u bil-għan li jassigura l-aqwa kura medika għall-pazjenti Maltin u Għawdxin.

 

 

Send this to a friend