maltin – Page 7 – One News

Notifiki

Iktar minn 4,000 Taljan jaħdmu Malta

L-ammont ta’ Taljani jgħixu u jaħdmu Malta sar jaqbeż l-ammont ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad. Fi żmien tlett snin, it-Taljani jahdmu f’ pajjizna żdiedu b’ elfejn , riżultat mhux biss tar-relazzjoni tajba bejn iż-żewġ pajjiżi iżda ukoll tal- ekonomija f’saħħitha li għandu pajjiżna u dik li qisha ma tridx taqbad arti fil-pajjiż ġar tagħna. Skopriet dwar din ir-realtà Kelly Peplow, bid-dettalji fil-filmat. Aqra aktar

L-istorja ta’ Malta riveduta

A Materialist Revision of Maltese History (870-1919) huwa ktieb ġdid dwar l-istorja ta’ Malta, riċerkat u miktub minn Mark Camilleri, li jiffoka fuq il-moħħ u l-kundizzjonijiet materjali tal-Maltin ‘ordinarji’ u toffri ħarsa ġdida fl-istorja Maltija. Dan il-ktieb huwa storja kif filfatt hi, mingħajr narrattivi kbar u anedotti sbieħ li jagħmlu l-istorja Maltija interessanti u glorjuża.

Fir-realtá ma kien hemm xejn glorjuż fl-istorja Maltija; anzi bil-kontra, l-istorja Maltija hija waħda ta’ dwejjaq, oskura, traġika u bierda. Il-Maltin għixu fil-miżerja, fil-faqar, fl-insularitá u fl-injoranza u s-sopravivenza tagħhom f’termini ta’ sigurtá u ġid materjali kienet tiddependi mill-mexxejja tagħhom. L-elit Malti kien imħasseb biss kif ħa jagħmel profitt faċli minflok biex jikkontribbwixxi għall-iżvillupp sħiħ tas-soċjetá u l-benesseri tal-kompatrijotti tagħhom, filwaqt li l-kleru ħalla l-poplu fl-injoranza u l-istupiditá sabiex iżomm l-kontroll assolut fuq il-moħħ Malti.
Aqra aktar

Send this to a friend